X

Wirja ta’ Kwadri Ex-Voto fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena tal-Qrendi

Il-Qrendi huwa raħal qadim bi storja ferm akbar minnu. Madankollu ir-raħal tipiku tal-Qrendi mhuwiex biss it-tempji preistoriċi, imma huwa wkoll sensiela ta’ punti ta’ riferimenti storiċi li flimkien jagħmlu damma ta’ ġrajjiet minsuġa fi spazju u żmien partikolari.

Fost dawn bla dubju jispikka s-Santwarju ddedikat lill-Madonna tal-Ħniena li jinsab fil-parti tal-Qrendi magħrufa bħala ta’ Ħal Lew, li flimkien mal-parti l-oħra magħrufa bħala Ħal Manin.

Fl-1618 ġew dikjararti mill-Isqof Baldassare Calgiares bħala l-parroċċa tal-Qrendi ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija. Is-santwarju li hemm illum inbena fl-1650, wara li l-kappella li kien hemm qabel ġiet dekonsagrata minn Monsinjur Pietro Dużina waqt waħda mill-viżti appostoliċi tiegħu fl-1575.

Il-Kappella tgawdi minn għadd ta’ xogħlijiet elaborati ta’ arti oħra li jirrappreżentaw stadji differenti fl-iżvilupp ta’ dan is-santwarju u l-inħawi tal-madwar. Dan huwa evidenti l-iżjed fil-kollezzjoni ta’ kwadri ex voto li jirrakkuntaw bl-iżjed mod realistiku l-ħajja fiż-żmien meta tpittru.

Kien f’loku li f’għeluq l-400 sena parroċċa, il-kumitat organizzattiv itella’ wirja b’uħud mill-kwadri ex voto fil-Kappella-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena. Ta’ min wieħed jgħid li bħalissa s-santwarju jinsab magħluq jistenna li jsirlu r-restawr li tant jeħtieġ.

Għaldaqstant din hija okkażjoni unika hekk kif għal din l-okkażjoni s-Santwarju se jiftaħ bibienu għal din il-wirja wara snin twal magħluq. Il-ftuħ tal-wirja se jsir nhar it-Tnejn 3 ta’ Settembtru fis-7:30 pm u l-wirja tibqa’ miftuħa fil-għaxijiet sad-9 ta’ Settembru, festa tal-Madonna tal-Ħniena.

Norma Saliba :