Attivita'
Wirja ta’ mudelli fil-Mużew Marittimu

Mill-15 sad-19 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tistieden lid-dilettanti tal-mudelli u lill-pubbliku ġenerali sabiex iżur il-wirja ta’ mudelli li qed tittella’ fil-Mużew Marittimu l-Birgu. Din hija t-38 wirja annwali li qed tiġi organizzata mis-Society for Scale Modellers. Il-mudelli varji ta’ livell għoli ferm li se jkunu esebiti huma meqjusa bħala xogħolijiet ta’ arti u huma xhieda tal-kapaċità tal-mudellaturi Maltin.

Il-mudelli esebiti se jikkonsistu minn ajruplani ċivili u militari, karozzi, trakkijiet u muturi, vetturi armati u vapuri differenti, li jkopru perjodi u xenarji varji. Se jkun hemm ukoll sezzjoni tal-figurini. Bosta minn dawn il-mudelli rebħu premijiet u ġew fuq quddiem waqt attivitajiet internazzjonali.

Bħala rappreżentanta tal-International Plastic Modellers’ Society (IPMS), is- Society for Scale Modellers ilha tippromvowi dan id-delizzju tal-mudelli hawn Malta għal dawn l-aħħar 38 sena. Ormaj dis-Soċjetà saret sinonima kemm lokalment u kif ukoll internazzjonalment mal-livell għoli ta’ xogħol li jagħmlu l-membri tagħha. Is-Soċjetà taħdem ukoll qatiegħ sabiex tiġbed liż-żgħar u liż-żgħażagħ ħalli tassigura li din l-espressjoni ta’ arti tibqa’ popolari.

Dawk li jżuru l-wirja dis-sena se jkunu jistgħu jsegwu l-proċess ta’ kif jinbena mudell billi se jkun hemm membri tas-Soċjetà li se jkunu qed jaħdmu waqt il-wirja. Il-viżitaturi se jkollhom ukoll l-opportunità li jivvutaw għall-mudell favorit tagħhom.

Membri mill-IPMS Italia u IPMS Catania se jkunu qed iżuru l-wirja u jesebixxu wkoll xi xogħolijiet minn tagħhom għall-ewwel darba. L-għan hu illi jinħolqu rabtiet ġodda bejn l-assoċjazzjonijiet.

Ħinijiet tal-ftuħ: mid-9.00am sal-5.00pm (l-aħħar dħul fl-4.30pm)

Ħlas: €2 kull persuna.

Aktar tagħrif jinsab fuq is-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara. Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk….

Attivita'

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-NGO Friends of Villa Frere qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur il-ġonna kurjużi ta’ Villa Frere f’Tal-Pietà. Għalkemm fl-aqwa żmien tiegħu dan il-post…

Attivita'

Il-Ġimgħa 17 ta Mejju, mill-10 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta, ser ikunu qegħdin jorganizzaw it-tieni edizzjoni…

Aktar