Attivita'
Wirja ta’ mudelli tal-karozzi fl-Isptar Monte Carmeli

Bejn it-13 u s-16 ta’ Diċembru, Die Cast & Scale Model Society ser tkun qed torganizza il-wirja annwali tagħha ġewwa l-Isptar Monte Carmeli f’Ħ’Attard.

Wara diversi snin torganizza l-wirja tagħha ġewwa showroom ewlenija f’Ħal Qormi, dawn l-aħħar sentejn din l-Għaqda bdiet ittella’ l-wirja annwali tagħha
ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, bil-għan li tressaq lill-pubbliku eqreb lejn din il-binja għal skop differenti.

‘Il fuq minn 30 kollezzjonist, kollha membri fi ħdan l-istess għaqda b’kollezzjonijiet varji, din il-wirja tinkludi diversi tipi ta’ minajturi relatati mat-trasport.
Karozzi klassiċi, moderni, sportivi, tal-kostruzzjoni, tal-merkanzija u saħansitra karozzi tal-pulizija minn madwar id-Dinja mistennija jkunu fost l-esebiti
f’din il-wirja.

Għall-ewwel darba f’wirja minn din l-għaqda, se jkun hemm esebit ukoll kollezzjoni ta’ diversi repliki awtentiċi bit-tema tar-rock band popolari ‘Beatles’.

Il-Wirja Annwali minn Die Cast & Scale Model Society hija bla dubju magħrufa għal numru ta’ attrazzjonijiet li ma ssibhom fl-ebda wirja oħra f’pajjiżna. Fost
dawn insemmu mudelli awtentiċi tal-karozzi tal-linja li konna nsibu fil-gżejjer tagħna miżbugħa b’kuluri differenti u mgħammra sal-inqas dettall mibnija
kompletament bl-idejn minn tlett dilettanti, mudelli ta’ vetturi tas-snajja’ li konna nsibu fl-irħula tagħna ukoll mibnija bl-idejn, prelika preċiża tal-ajurport
internazzjonali ta’ Malta fuq skala ta’ 1:200 kif ukoll l-unika mudell ta’ ċirklu  f’Malta li huwa ferm sinonimu ma’ din il-wirja.

Il-wirja se tittella’ ġewwa Sala Speranza, fl-Isptar Monte Carmeli, Triq Notabile, Ħ’Attard. Dħul isir mill-bieb ewlieni tal-isptar b’diversi sinjali li jidderieġu lill-pubbliku sal-post eżatti. Il-wirja titftaħ mit-13 sal-15 ta’ Diċembru bejn id-9am u t-8pm waqt li fis-16 ta’ Diċembru il-Wirja tiftaħ mid-9am sal-5pm. Dħul huwa
bla ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Attivita'

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 28 t’April, dawk l-istudenti kollha li akkwistaw l-ewwel viża tagħhom bil-Passaport ta’ Heritage Malta huma mistiedna għall-avveniment esklussiv li se jsir fit-Tempji Neolitiċi ta’ Kordin III f’Raħal Ġdid….

Attivita'

Saturday 6th, Sunday 7th and Monday 8th April 2019 will take place the second edition of Italian Taste – Food tasting Event.  The events is an opportunity to see the most…

Aktar