Attivita
Wirja ta’ pittura tal-artist Matthew Cassar

Seascape hija wirja ta’ pittura tal-Artist Rabti Matthew Cassar li ser tiġi mtella’ b’kollaborazzjoni mas-Società Filarmonica La Vittoria tal-Mellieħa mit-12 sal-20 ta’ Mejju 2018 fis-Sala 8 ta’ Settembru tal-istess Soċjetà u ser tkun inawgurata mis-Sur E. V. Borg. Kif jindika t-titlu tal-wirja l-Artist ried juri s-sbuħija u l-kobor tal-baħar fejn għandu għall-wiri xeni mill-isbaħ. L-Artist Matthew Cassar beda jitgħallem l-arti fil-bidu tas-snin sittin ġewwa l-Liceo tal-Ħamrun ma’ Esprit Barthet. Attenda l-Malta School of Arts. Matthew studja l-istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta u fl-1998 għamel kors fid-Decorative Paint Techniques fl-Euro Institute of Music and Arts. Fl-1999 ingħata Special Distinction Award għax-xogħlijiet tiegħu fil-Malta International Art Biennale.

Matthew huwa għalliem tal-arti fejn għallem fil-kulleġġi ta’ San Elija u dak tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fir-Rabat. Ilu għal 24 sena jgħallem fil-livelli kollha tal-arti  fil-Malta Society of Arts ġewwa l-Belt Valletta. Huwa pparteċipa f’diversi esebizzjonijiet kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna u organizza diversi esebizzjonijiet għall-istudenti tiegħu.

Il-każin tas-Società Filarmonica La Vittoria jinsab fil-pjazza tal-Mellieħa ħdejn il-Knisja Arċipretali. Din il-wirja ser tkun miftuħa kuljum sa mis-6.00p.m. sat-8.30p.m. filwaqt li l-Ħdud tkun miftuħa mid-9.30a.m. sa 12.00 u mill-5.30p.m. sat-8.30p.m.

Aħbarijiet Oħra
Attivita

4Teenth Productions taħt id-direzzjoni ta’ Dominic Said qed jilqgħu is-sejħiet ta’ interess għal auditions li ser isiru għall-produzzjoni ġdida ‘Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton’ mill-ktieb ta’ Trevor Zahra. Din ser ssir fl-aħħar weekend t’Ottubru u fl-ewwel weekend ta’…

Attivita

Il-unions tal-Pulizija ngħaqdu biex nhar is-Sibt fil-Belt jorganizzaw mixja b’solidarjetà mal-membri tal-Korp. Fi stqarrija mill-Police Officers Union, il-Malta Police Association u l-Malta Association of Retired Police Officers intqal li l-mixja…

Attivita

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid se jkunu qed jorganizzaw kors ‘Kif Tagħmel l-Inbid?’. Dan il-kors bażiku bla ħlas se jkun qed isir fuq tliet darbiet it-Tnejn 21, 28…

Aktar