Wirja tal-aħħar ċena mtellgħa mill-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ B’Kara

Għal sena oħra, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara qed torganizza l-Wirja tal-Aħħar Ċena sabiex taqsam mal-viżitaturi esperjenza li tiffoka fuq il-ġrajjiet uniċi tal-Ġimgħa Mqaddsa, li jilħqu l-qofol tagħhom bl-għajta tal-Hallelujah sabiex niċċelebraw il-qawmien ta’ Ġesu’ mill-Imwiet.

Il-Wirja, li ser tkun miftuħa uffiċjalment nhar il-Ħamis 26 ta’ April 2015 ,b’xogħol ta’ diversi membri u tal-Kumissjoni tal-Aħħar Ċena, li flimkien se jipprovdu wirja ibbażata fuq il-ħila artistika tagħhom kemm fil-platti artistiċi magħmula mir-ross u mill-ismid, kif ukoll fil-qofol tal-wirja fejn viċin id-daħla għax-xelter ikun hemm esibita l-Aħħar Ċena u diversi xeni oħra mill-passjoni ta sidna Ġesu Kristu lifesize ġewwa ix-Xelter u l-kantina tal-Każin.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Wirja

L-entużjasti tal-istorja li ma rnexxilhomx iżuru l-wirja temporanja ta’ Heritage Malta bl-isem Behind Closed Doors: Fort St Angelo and the Royal Navy 1906-1979 ġewwa l-Forti Sant’Anġlu jistgħu jgawdu din l-esperjenza…

Wirja

Għada, 8 ta’ Lulju 2019, għall-ħabta tat-8.30pm, fi Pjazza Mifsud Bonnici, Marsaskala, ser jittella’ kunċert mużikali mill-Banda tal-Pulizija. Se ssir ukoll wirja mill-Precision Drill Team u mis-Sezzjoni tal-Klieb, flimkien ma’…

Wirja

Bħala parti mill-missjoni tagħha biex tassigura li l-elementi tal-wirt kulturali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, qed tiġi organizzata żjara speċjali ġewwa l-MUŻA minn Heritage Malta u l-Aġenzija Sapport, nhar l-Erbgħa 10…

Wirja

Il-Kummissjoni Nar Soċjetà Mużikali Beland ser tkun qed torganizza The Beland Motor Show għat-tielet sena konsekuttiva bejn is-27 u 28 ta’ Lulju. Fis-27 ta’ Lulju l-wirja ser tkun qed titella’…

Aktar