Arti
Wirja tal-arti minn Tony Bartolo

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ wirja artistika minn Tony Bartolo.

Il-wirja se tittella’ bejn it-12 u s-27 ta’ Mejju, 2018 fir-razzett tal-Markiż Mallia Tabone.

Tony Bartolo twieled l-Imġarr Malta u llum jgħodd 71 sena.  Beda l-karriera ta’ artist mill- età ta 13-il sena, fejn kien attiv bħala membru tal-Azzjoni Kattolika tar-raħal tal-Imġarr.  Kien jgħin fix-xenarju u l-preparamenti tal-palk għall-Konkors Teatrali fl-Imġarr stess.  Kien ispirat ħafna mill-artisti ta’ dak iż-żmien li kienu jiġu mal-kumpaniji teatrali rispettivi tagħhom, biex ipenġu xenarji għas-serati li kienu jipproduċu.

Kellu karriera twila fil-mużika li bdiet mill-età ta’ 17-il sena fejn siefer f`ħafna pajjiżi bħala batterista u kantant tal-grupp popolari The Malta Bums fejn kellhom suċċessi kbar bħal Viva Malta, u Ġej il-Milied. Fil-preżent għadu attiv bħala kantant fil-lukandi ewlenin u bħala studio artist.

Għal żmien twil waqaf mill-pittura, biss reġa’ beda jpitter xi snin ilu.  Hu attenda klassijiet tal-arti ma’ għalliema diversi fejn studja u għadu jistudja mediums differenti.

Il-ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sas-Sibt: mis-6pm sat-8pm

Ħdud: mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm.

Aħbarijiet Oħra
Arti

Naqsam il-MUŻA, inizjattiva ta’ Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u Malta Freeport Terminals Ltd., issa waslet ukoll f’Birżebbuġa. Naqsam il-MUŻA hu proġett fejn membri tal-komunità jagħżlu biċċiet tal-arti mill-kollezzjoni…

Arti

Heritage Malta se tiftaħ b’xejn l-Armerija u l-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru nhar il-Ħadd li ġej, 6 ta’ Mejju. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jżuru wkoll il-wirja li qed tittella’ bħalissa fis-Sala…

Arti, Attivita

Il-ktieb tal-poeżija tas-sena wasal! Ilna ħames snin naqraw u niktbu u naħsbu f’poeżiji dwar il-patata u issa dawk il-poeżiji ġbarniehom fi ktieb. Il-ktieb jinkludi numru ta’ poeżiji bil-Malti tradotti għall-Ingliż,…

Arti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ Wirja Artistika minn Charles Chetcuti bejn l-14 u t-28 ta’ April 2018 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Charles Chetcuti, mwieled…

Aktar