Wirja
Wirja tal-għasafar tal-għana fl-isptar Monte Carmeli

Il-ħdax-il edizzjoni tal-Wirja tal-Għasafar tal-Għana ser issir ġewwa t-teatru tal-Isptar Monte Carmeli, Ħ’Attard bejn l-Erbgħa 22 u l-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017 kif ġej:

·L-Erbgħa 22 – Armar
·Il-Ħamis 23 -Dħul tal-għasafar
·Il-Ġimgħa 24 – Ġudikar tal-għasafar
·Is-Sibt 25 – Ftuħ għall-pubbliku ġurnata kollha
·Il-Ħadd 26 – Ftuħ għall-pubbliku u għeluq fil-17.00

Din il-wirja tittella’ b’kollaborazzjoni mal-Mount Carmel Hospital Sports and Culture Club u l-Occupational Therapy Department li jkunu preżenti bi stand informattiv, kif wkoll iħaddmu il-bar waqt il-wirja. Dan isir bħala parti minn kampanja biex il-pubbliku jsir aktar familjari ma’ dan l-isptar u jgħinu l-klijenti tiegħu jintegraw aktar irwieħom fis-soċjetà.

Fil-wirja jiġu esebiti l-fuq minn 500 għasfur, il-parti l-kbira vrieden, kif ukoll oħrajn bħal taż-żebbuġ, sponsuni u ekri, u bosta bgħula u mutazzjonijiet ta’ dawn l-ispeċi.

Din is-sena l-iġġudikar ser isir minn erba’ judges internazzjonali miġjuba apposta minn Spanja u l-Germanja. Preżenti waqt l-iġġudikar ser ikun hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u drittijiet tal-annimal, l-Onorevoli Clint Camilleri li ser jiltaqgħa mal ġudikanti u l-kumitat ta’ S.B.A.M. fejn se jingħata informazzjoni dwar il-proċess li wassal biex il-verdun ta’ Malta jkun rikonoxxut internazzjonalment.

Jingħataw premjijiet mill-isbaħ lir-rebbieħa fis-sezzjonijiet differenti, kif ukoll premjijiet speċjali għal 26 għasfur differenti li jiġu magħżulin bħala Best in Show fil-kategorija tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Il-wirja Il-Belt Valletta u d-Dumnikani fil-Belt: mixja waħda li qed tittella’ bħalissa fil-kunvent tal-Ordni Dumnikan fil-Belt matul din il-ġimgħa tikkumplimenta tajjeb ħafna mal-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu u San…

Kultura

L-Armerija u l-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru se jkunu miftuħin bla ħlas għall-viżitaturi nhar il-Ġimgħa, festa pubblika.  Heritage Malta se tagħti din l-aħħar opportunità lill-Maltin u t-turisti biex iżuru wkoll il-wirja…

Wirja

Is-Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi se tkun qed ittella’ wirja li f’għeluq il-mitt sena mit-twelid tal-eks President tas-Soċjetà Dott Ġużè Cassar (1918-2018). Dott Ġużè Cassar huwa is-7 President tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes….

Wirja

Għażla ta’ pitturi mpittra minn Chevalier Maestro Pawlu Grech se tkun għall-wiri f’Casa Antonia Nursing and Residential Home f’Ħal Balzan. Imsemmija REST-ROSPECTION u kkurata minn Amanda Tabone, il-wirja se tinfetaħ…

Aktar