Attivitajiet Kulturali
Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Isla u f’Ħaż-Żabbar- Ġrajjiet il-Fidwa

Ġrajjiet il-Fidwa huwa isem marbut ma’ wirja li ilha titella sa mill-1999. Bdiet minn sett vari u llum din tikkonsisti minn diversi settijiet ta’ vari, ċenaklu, esebizzjoni ta’ santi antiki, mejda tal-Appostli fuq stil Lhudi flimkien ma’ għadd ta’ oġetti oħra sagri konnessi mall-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Fil-wirja ġewwa l-Isla, wieħed jistà jsib esebiti bosta settijiet ta’ vari li huma maħduma lokalment mill-artisti Salvu Bonello, Lino Fardell u Jeffrey Zarb. Minjatura ta’ Ċena hija maħduma b’diversi dettalji b’sett statwetti artistiċi xogħol ta’ Anthony Magri. Wieħed jistà jsib ukoll minjatura tal-Kurċifiss li jinsab fil-Knisja ta’ Ġieżu tal-Belt Valletta. Dan huwa xogħol ta’ Publio Magro. Din is-sena għall-ewwel darba ser tintrama mejda tal-appostli fuq stil Lhudi u li ser tkompli tkabbar il-wirja ta’ din is-sena. Attrazzjoni oħra hija statwa ta’ Kristu Rxoxt li bdiet tinħadem mill-artitst Salvu Bonello u li huwa mill-Isla, imma ma leħaqx lestiha peress li leħaq miet fl’ Lulju 2013. Din ġiet regalata lil- organizzaturi tal-wirja minn John Bonello li jiġi ħu l-istess Salvu. Diversi oġetti sagri oħra  flimkien mal-ambjent sabiħ tal-post ikomplu jikkumplimentaw din il-wirja. Il-wirja ser tkun miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 6 ta’ April sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira, il-Ġimgħa 14 ta’ April.

Il-wirja ġewwa Ħaż Żabbar li ser tinfetaħ nhar is-Sibt 8 ta’ April ser tkun tikkonsisti f’sett vari maħdum ġewwa Spanja. Dan is-sett vari huwa kkumplimentat b’sett bradelli, simboli, bandalori flimkien ma’ oġġetti oħra. Esebizzjoni interessanti ħafna li ser tikkumplimenta din il-wirja hija dik ta ‘l fuq min 150 santa, kollha konnessi mal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu u li jmorru lura diversi snin, fosthom uħud minnhom imorru lura mal-mitt sena u ħafna minnhom huma wkoll uniċi. Ser tintrama wkoll parti li ser tikkonsisti minn Via Sagra armata b’ diversi simboli, fuħħar flimkien ma’ ambjent li huwa sinonimu ma’ dan iż-żmien qaddis. Il-wirja ġewwa Ħaż Żabbar ser tibqa’ miftuħa sa nhar Sibt il-Għid. Dawk kollha li jżuru din il-wirja nhar Ħamis ix-Xirka kif ukoll nhar il-Ġimgħa l-Kbira jistgħu jagħmlu wkoll il-visti quddiem ġewwa l-kappella sabiħa  tal-istess Istitut li hija ddedikata wkoll lil San Ġużepp.

L-organizzaturi ta’ din il-wirja huma  Charlie Ellul, Keziah Ellul, Jurgen Zerafa, Victor Fava u Alan Meli.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar