Attivitajiet Kulturali
Wirja tal-Klieb f’Ħal Kirkop

Il-Malta Canine Society ser torganizza l-wirja tax-xitwa tal-klieb nhar is-Sibt u l-Ħadd 17 u 18 ta’ Frar, fil-Kulleġġ San Benedittu, Ħal-Kirkop. Colin “Jock” McKay, judge Internazzjonali mill- Ingilterra, ser jiġġudika l-klieb f’din il- wirja.

200 kelb minn 56 razza differenti ser jikkompetu f’din il- wirja li ser tiftaħ is-Sibt 17 ta’ Frar fit-3pm bil-klassi tal-Junior Handlers, li hija kompetizzjoni miftuħa għal tfal bejn  l-10 u 17-il sena. Il-parteċipant bl-akbar numru ta’ punti fl-aħħar tas-sena jirrapreżenta lill-Malta fil-kompetizzjoni Internazzjonali tal-Junior Handlers li ssir waqt l-akbar Dog Show tad- Dinja, Crufts, li ssir f’ Marzu f’Birmingham.

Is-Sibt jiġu ġġudikati wkoll dawk ir-razez li jaqaw taħt il-kategorija tal-Hounds u Utility.

Il-Ħadd 18 ta’ Frar il-wirja tiftaħ fid- 9.00am bir-razez tat-Terrier u Working. Il-wirja tieqaf fin- 12.30pm u tkompli wara nofsinhar fit-3.00pm bir-razez tal- Gundogs u Toys, u ssir il- finali fejn ir-rebbieħa kollha tal- gruppi jikkompetu għat-titlu tal-Best In Show.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar. Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju,…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Aktar