Attivita'
Wirja tal-klieb f’Ħal Luqa

Il-Malta Canine Society ser torganizza l- wirja tar-Rebbiegħa tal- Klieb nhar is- Sibt u l-Ħadd 5 u 6 ta’ Mejju 2018, fil-Montekristo Estates, Ħal Luqa.

Din il-wirja ser tkun qiegħda ssir bħala parti mill-wirja PetExpo li ser tkun qed tittella’ matul dak il-weekend. Is-sinjura Liz Dunhill,  ser tiġġudika l-klieb f’din il-wirja.

200 kelb minn 56 razza differenti ser jikkompetu f’din il-wirja li ser tiftaħ is- Sibt 5 ta’ Mejju 2018 fl- 3.00pm, bil-klassi tal-Junior Handlers, li hija kompetizzjoni miftuħa għal-tfal bejn l-10 u s-17 il-sena. Il-parteċipant bl-akbar numru ta’ punti fl-aħħar tas-sena jirrappreżenta lil  Malta fil-kompetizzjoni Internazzjonali tal-Junior Handlers li ssir waqt l-akbar Dog Show tad-Dinja, Crufts, li ssir f’Marzu ġewwa Birmingham. Is- Sibt jiġu ġġudikati wkoll dawk ir-razzez li jaqgħu taħt il-kategorija tal-Working u Terriers.

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju 2018, il- wirja tiftaħ fid- 9.00am bir-razez tal-Gundogs u Toys. Il-wirja tieqaf fin-12.30pm u tkompli waranofsinnhar fit- 2.00pm bir-razez tal-Utility u Hounds, u ssir il-finali fejn ir-rebbieħa kollha tal-gruppi jikkompetu għat-titlu tal-Best In Show.

Il-Malta Canine Society, hija affiljata mal-Maltese National Canine Federation li hija responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ħruġ tal-pedigrees tal-klieb.

Dawk kollha li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-klabb li jkun miftuħ kull nhar t’Erbgħa bejn is-7.30pm u d-9.00pm, fuq in-numru 21234916 jew b’email [email protected], jew billi żżuru l- website uffiċċjali tal-għaqda : www.maltacaninesociety.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fuq l-ixkafef tal-libreriji tagħna nsibu kotba t’awturi minuri qoxra ma’ qoxra ma’ kotba ta’ ġganti letterarji. Tul kors ta’ sentejn sħaħ, l-istudenti tad-Diploma fil-Letteratura Maltija stħarrġu għadd t’awturi sabiex jixħtu dwal…

Attivita'

Għada Ħal Qormi se jibqa’ mqajjem għal-Lejl f’Casal Fornaro. L-avveniment jippromwovi l-kultura, tradizzjoni u folklor Malti. L-attività tiffoka l-aktar fuq it-tradizzjoni tal-ħobża Maltija. Bl-attivitajiet jimirħu f’diversi toroq ta’ Ħal Qormi,…

Wirja

Se titnieda l-Maltex Philatelic Exhibition and Collectors’ Fair, wirja li se tiġbor fiha fost l-oħrajn kollezzjonijiet ta’ oġġetti tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan minbarra li se jkun hemm għall-wiri fliexken tradizzjonali…

Attivita'

Malta Feline Guardians Club (MFGC) se ttella’ xow tal-qtates bejn is-27 u t-28 t’Ottubru f’Montekristo. Dawk kollha li jħobbu l-qtates huma mħeġġa biex jattendu u jipparteċipaw biċ-ċans li jirbħu l-premju…

Aktar