Informazzjoni
Wirja tal-Milied fir-Razzett tal-Markiż – Mosta

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tistiednek iżżur l-20 edizzjoni Tal- Wirja Tradizzjonali tal-Milied

Fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

Bejn it-13 ta’ Diċembru 2017 u l-1 ta’ Jannar 2018

Ħinijiet tal-wiri: Kuljum mill-5.30pm sat-8.30pm

Ħdud u Festi mid-9.30am sa nofsinhar

u mill-5.30pm sat-8.30pm

Din l-esebizzjoni għandha turi s-sbuħija u l-mottiv tal-presepju, kif ukoll xogħolijiet ta’ Arti Natalizja.

Numru sabiħ minn dawn il-presepji esebiti qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni mnedija mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.

Kulħadd huwa mistieden  –  Dħul bla ħlas (donazzjonijiet jiġu apprezzati) www.talentmosti.com Facebook: Razzett tal-Markiż

35 sena esperjenza b’risq il-ġid u l-ferħ tal-proxxmu (1983 – 2018)

Din l-attivita’ għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku ta’ l-Iskola Sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Il-Malta Society of Arts se tkun qed toffri aktar minn tletin kors fl-Arti Viżiva, Applikata u tal-Ispettaklu li se jibdew fl-aħħar ta’ Jannar 2018 L-applikazzjonijiet għall-korsijiet tal-Malta Society of Arts…

Informazzjoni

Is-Soċjeta’ Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own Birkirkara sejra ttella’ wirja għal żmien il-Milied bl-isem ta’ “”Verbum Dei Caro Factum Est – San Ġorġ Preca u l-Milied” fil-kmamar tal-kantina…

Informazzjoni

Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex organiżża cleanup ohra b’suċċess.  Huma ngħaqdu ma’ “Get Trashed Malta” u St. John Rescue Corps biex imexxu din l-operazzjoni taħt il-bahar il-Ħadd 26 ta’ Novembru…

Informazzjoni

“L-iskart jista’ jkun evitat meta nagħmlu użu mill-ġdid jew meta nirriċiklaw il-prodotti” qal l-Ing Mario Schembri waqt il-preżentazzjoni tiegħu fil-Konferenza tal-Gvern Lokali tal-Commonwealth li saret hawn Malta bit-tema “F’saħħitna għall-futur:…

Aktar