Informazzjoni
Wirja tal-Milied “Verbum Dei Caro Factum Est – San Ġorġ Preca u l-Milied”

Is-Soċjeta’ Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own Birkirkara sejra ttella’ wirja għal żmien il-Milied bl-isem ta’ “”Verbum Dei Caro Factum Est – San Ġorġ Preca u l-Milied” fil-kmamar tal-kantina tal-każin fi 11, Triq il-Wied, Birkirkara bejn it-Tnejn 11 u l-Ħadd 17 ta’ Diċembru. Din il-wirja ser tiġi mtella’ bl-għajnuna tal-Kummissjoni Talent Elenjan Arti u Kultura (TEAK) fi ħdan is-Soċjeta.

F’din il-wirja se jkunu esibiti diversi presepji, Bambini, ikoni u xogħolijiet ta’ arti. Din is-sena l-wirja se tkun marbuta mal-qaddis Malti San Ġorġ Preca bħala il-promotur tal-purċissjoni tradizzjonali bil-Bambin. Għaldaqstant f’din il-wirja ser ikollna l-opportunita’ nammiraw diversi simboli u affarijiet relatati ma’ din il-purċissjoni u l-qaddis innifsu inkluż bradella li kienet tintuża fl-imgħoddi fil-purċissjoni tal-Bambin ġewwa Birkrikara. Ser inkunu nistgħu ukoll nammiraw statwa ta’ San Ġorġ Preca li tkun armata fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu ġewwa Fleur de Lys, maħduma mill-artist bravu Għawdxi l-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi, l-ewwel statwa tal-qaddis Maltin armata fil-festi Maltin u Għawdxin. 

Qabel il-ftuħ ta’ din il-wirja, sejjer jittella’ “Kunċert tal-Milied” fil-każin stess mill-Banda tagħna Duke of Connaught’s Own fis-7.30pm taħt id-direzzjoni tas-Surmast tal-Allievi Mro Steve Sant.

Il-ħinijiet tal-ftuħ għal din il-wirja huma kif indikati hawn taħt:

It-Tnejn 11 ta’ Diċembru, nhar il-ftuħ uffiċjali tal-wirja: mit-8.30pm ‘il quddiem.

Mit-Tlieta sal-Ġimgħa: bejn is-6pm u d-9pm.

Is-Sibt u l-Ħadd mill-10am sa nofsinhar; u mis-6pm sad-9pm.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

L-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Fondazzjoni Valletta18 se tkun qed torganizza avventura nazzjonali bla ħlas, The Żejtun National Heritage Treasure Hunt nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Awwissu,…

Informazzjoni

L-arblu navali fil-Forti Sant’Anġlu tniżżel minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tal-Ordni Sovran u Militari ta’ Malta (SMOM). L-operazzjoni biex instab l-aħjar metodu kif kellu jitniżżel dan l-arblu ilha għaddejja x-xhur u…

Informazzjoni

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed jibda sensiela ta’ bolol dwar il-wirt reliġjuż fit-toroq taż-Żejtun, bl-isem Niċeċ iż-Żejtun. L-ewwel sett ta’ ħames bolol personalizzati (fuq sheet waħda) u ħames postcards,…

Informazzjoni

Wara kważi 50 sena minn meta ħareġ għall-ewwel darba r-rumanz  magħruf ta’ Nicholas Monsarrat fl-1973, ‘The Kappillan of Malta’, issa se jiġi ppubblikat għall-ewwel darba bil-Malti. It-traduzzjoni saret minn Wistin…

Aktar