Attivita'
WWE UK Superstar Joseph Connors f’xow tal-Pro Wrestling Malta

Pro Wrestling Malta – l-iskola tar-wrestling professjonali f’Malta, se ttella’ xow bl-isem United We Stand Divided We Fall.

Ix-xow se jittella’ nhar is-Sibt li ġej (9 ta’ Ġunju) fil-Palace Theatre, Raħal Ġdid.

Fih se jipparteċipaw id-WWE UK Superstar Joseph Connors, Josh Axl mill-Awstralja, il-PWM Tag Team Champions Red Scorpion u Leon, l-International Star & PWM Champion Gianni Valletta u Glamorous Roddy.

Il-logħob se jkun bejn Gianni Valletta u Joseph Connors għal PWM Championship, La Famiglia kontra Red Scorpion u Leon għal Tag Team Championships, Glamorous Roddy kontra Nico Narciso u Jack Quinn kontra Josh Axl.

Pro Wrestling Malta twaqqfet minn Wayne Pace jew kif inhu magħruf Gianni Valletta tliet snin ilu.

Wieħed mill-għanijiet tal-grupp huwa li jħarreġ lil dawk interessati fil-wrestling. Ma’ dan, il-grupp itella’ wkoll 3 xows fis-sena, fejn anke jistieden wrestlers barranin.

Wieħed jista’ jixtri l-biljetti minn hawn jew billi jċempel fuq 9927 3656.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur…

Attivita'

Nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar, il-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali ġewwa l-Mdina se jniedi sensiela ta’ laqgħat dwar diversi temi li jkopru l-ambjent naturali Malti. L-għan ewlieni ta’ dawn il-laqgħat…

Attivita'

Id-Danusan reġgħu għamluha – is-sena l-oħra ħarġuha li nfirdu, u din is-sena, ġej Malta cruise bi prezzijiet jibdew minn €15. U ma qalu xejn li mhux veru! Skont li tellgħu…

Attivita'

Mis-Sibt, 22 ta’ Diċembru sal-Ħadd, 6 ta’ Jannar 2019, l-ewwel elf student/a li se jżuru siti jew mużewijiet ta’ Heritage Malta li jinsabu l-Belt Valletta, jew iċ-Ċittadella f’Għawdex, se jingħataw…

Aktar