Wirja
Xbihat fil-ġebla – wirja ta’ arti ikonografika minn Vincent Mangani

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippresenta “Xbihat fil-ġebla” – Esebizzjoni ta’ Arti Ikonografika minn Vincent Mangani bejn l-20 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2019, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

25% tal-bejgħ kollu li jsir, ser imur għall-ACN – Aid to the Church in Need li taħdem mal-Insara ppersegwitati f’diversi naħat tad-dinja.

Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn – Ġimgħa: mill-5.30pm sat-8pm

Is-Sibt u l-Ħadd: mid-9.30am sal-11.45am u mill-4pm sat-8pm

Il-Ġimgħa, 25 t’Ottubru fl-istess post, ser issir preżentazzjoni dwar l-Ikonografija minn Vincent Mangani stess fis-7.00 pm

Vincent twieled ir-Rabat, Malta, fl-1957. Studja taħt diversi artisti. Minn dejjem kien affaxxinat bl-ikoni, iżda din l-imħabba fih kibret minħabba li għal ħames snin għex u ħadem fl-Albanija bħala missjunarju mibgħut mis-Soċjeta’ tal-M.U.S.E.U.M.

Fl-2009 għamel kors qasir fl-ikonografija ma’ Nathaniel Theuma f’Conflenti, l-Kalabrija, l-Italja. Iggradwat bħala għalliem tal-Arti u l-Krafts, hu ggradwat ukoll fit-Teoloġija. Ħa sehem f’diversi wirjiet, kemm kollettivi, kif ukoll personali. L-ewwel Esebizzjoni Personali saret fl-2005 fil-Mużew Wignacourt, ir-Rabat, Malta. Wara saru żewġ esebizzjoni Personali fis-sede tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Mosta: fl-2008 u fl-2014.

Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu f’diversi kollezzjonijiet privati, f’Malta u barra minn Malta. Mangani huwa rtirat wara karriera fl-Edukazzjoni. Huwa wkoll membru tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

The Chamber of Fashion Malta Foundation, will be hosting a fashion show in collaboration with the Malta Tourism Authority, and under the Patronage of the Embassy of Italy. Arte e…

Wirja

Nhar it-Tieta, 12 ta’ Novembru, Heritage Malta qed torganizza avveniment esklussiv mal-kuratur għal dawk li għandhom il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta. Il-parteċipanti se jżuru l-esebizzjoni ‘Culhat al Belt: Sette Giugno…

Wirja

L-entużjasti tal-istorja li ma rnexxilhomx iżuru l-wirja temporanja ta’ Heritage Malta bl-isem Behind Closed Doors: Fort St Angelo and the Royal Navy 1906-1979 ġewwa l-Forti Sant’Anġlu jistgħu jgawdu din l-esperjenza…

Aktar