Attivita'
X’futur hemm għall-ambjent naturali Malti?

Nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar, il-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali ġewwa l-Mdina se jniedi sensiela ta’ laqgħat dwar diversi temi li jkopru l-ambjent naturali Malti.

L-għan ewlieni ta’ dawn il-laqgħat huwa li tinħoloq diskussjoni dwar temi kontemporanji relatati ma’ l-ambjent naturali tal-gżejjer Maltin. Primarjament, il-laqgħat se jiffukaw fuq il-biodiversità ta’ dawn il-gżejjer u fuq sfidi ambjentali li qegħdin naffaċċjaw ta’ kuljum. Matul din is-sena, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jsegwu sensiela ta’ dokumentarji oriġinali dwar temi varji u ta’ interess lokali li jinkludu l-flora u l-fawna, speċi aljeni kif ukoll dawk li ġew introdotti mill-bniedem, it-telf ta’ ambjenti naturali Maltin eċċ. Dawn id-dokumentarji, twal madwar nofs-siegħa, huma produzzjoni ta’ Richard Cachia Zammit (ASIO Enterprises) u John J. Borg, Kuratur Anzjan tal-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali ġewwa l-Mdina. Fit-tmiem ta’ kull dokumentarju se jkun hemm diskussjoni dwar is-suġġett magħżul, li tkun akkumpanjata bi ftit xorb u ikel ħafif.

L-ewwel laqgħa se tagħti ħarsa lejn l-ambjenti naturali Maltin, b’tagħrif u informazzjoni dwar uħud mill-ħlejjaq differenti li nsibu fl-ambjenti lokali; kemm pjanti kif ukoll annimali.

Post: Activity Hall fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali, Mdina.

Ħin: 6.30pm – 8.00pm

Attendenza bla ħlas. Donazzjonijiet apprezzati.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Iċ-Ċiefa (bl-Ingliż Scopoli’s Shearwater) hija għasfur tal-baħar li jqatta’ ħajtu fuq l-ilma u jersaq lejn l-art biss biex ibejjet. Dan l-għasfur ibejjet f’diversi rdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin, u f’Malta għandna…

Attivita'

Il-festa popolari u tradizzjonali tal-Imnarja hija spiss assoċċjata ma’ lejl taħt il-kwiekeb fil-Ġonna tal-Buskett. Din id-darba, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, Heritage Malta qed tistiednek tqatta’ l-lejl tal-festa ta’ San…

Attivita'

Biex issaħħaħ il-mod pożittiv li bih qed tintlaqa’ l-esebizzjoni ‘Behind Closed Doors: Fort St Angelo & the Royal Navy 1906-1979’, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għall-avveniment ‘Memory Box’ li se…

Aktar