Mużika
X’jagħmlu meta l-Queen jiltaqgħu mal-Coldplay?

The Gozo Youth Orchestra taħt it-tmexxija ta’ Mro. Joseph Grech b’kollaborazzjoni ma’ 7SPP u Festival Malta, għal darb’oħra qed ittella’ kunċert spettakolari Rock f’Dar tal-Mediterran għal Konferenzi fil-Belt Valletta.

Il-kunċert bl-isem ta’ “QUEEN meets COLDPLAY” ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru, 2018 fit-8.00pm. Mal-orkestra għal darba ser tingħaqad il-band Cash & Band kif ukoll Killer Queen Band, żewġ rock bands ta’ kalibru għoli minn Malta u Għawdex.

Il-bands, flimkien mal-orkestra magħmulha fil-maġġor parti taghħa minn 60 mużiċist u mużiċista żgħażagħ, ser jalternaw billi jesegwixxu numri klassiċi mill-katalgu ta’ repertorju vast taż-żewġ Megabands Queen u Coldplay.

Ma jonqosx li mal-mużiċisti u l-bands jingħaqdu magħhom uħud mill-aqwa kantanti prinċipali fosthom: Keith Anthony, Dorothy Bezzina, Gianluca Bezzina, Ludwig Galea, Chris Grech, u Neville Refalo, kollha magħrufin fix-xena mużikali kemm lokali u internazzjonali. Dawn ser ikunu msieħba minn “backing choir” mdaqqas ukoll taħt id-direzzjoni ta’ Dorothy Bezzina.

Wara s-suċċess li kellhom bil-kunċert Dark Side over Valletta f’Novembru 2017, din il-produzzjoni għandħa l-ingredjenti kollha sabiex tkun success ieħor u innovattiv li għandu jintlaqa’ sew mal-pubbliku.

Wieħed jittama li dan il-kunċett għandu jgħin biex iżid l-atmosfera, l-esperjenza u t-tgawdija tas-serata, partikolarment dawk fl-udjenza li jħobbu jiċċaqalqu ftit mal-mużika tant spettakolari ta’ Queen u Coldplay.

Wieħed jista’ jirriserva post billi jidħol fuq is-sit: www.mcc.com.mt jew iċempel fuq: 2559 5750

Aħbarijiet Oħra
Teatru

Għat-tieni sena konsekuttiva se jittella’ d-dramm mużikali AĦNA LI KONNA MIEGĦU: FUQ IL-GOLGOTA. Dan huwa dramm tal-passjoni mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani – GiFra.  Fuq kitba ta’ Patri Joseph Magro, din is-sena…

Mużika

L-artist Kanadiż Marc Martel li l-vuċi tiegħu hija identika bħal ta’ Freddie Mercury se jkun fostna f’Malta! Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, Marc Martel, kantant li qed jieħu fama internazzjonali…

Mużika

Music lovers should not miss the upcoming inauguration concert of the Frobenius Organ by John Aquilina at the Church of Jesus of Nazareth, Sliema, on 29 March 2019 at 7.15p.m…..

Mużika

After the podium at the 69th Sanremo Music Festival and the success of the new album “Musica”, Il Volo is preparing for a series of prestigious live events, that demonstrate…

Aktar