Attivita'
X’se jiġri fil-ġonna Howard fl-Imdina?

Il-Ġonna Howard fl-Imdina se jiġu ttrasformati f’sit għall-kampeġġ għal Utopian Nights: Inside the Border bejn it-30 ta’ Lulju u l-5 ta’ Awwissu 2018.

Dan l-avveniment mifrux fuq ġimgħa jistieden lill-membri tal-pubbliku biex jinvolvu ruħhom fl-arti b’modi uniċi u kreattivi waqt li jqattgħu lejl, jew aktar, fil-kampijiet tagħhom.

Utopian Nights: Inside the Border, li hu wieħed mill-avvenimenti fil-programm kulturali ta’ Valletta 2018, jistieden artisti, ħassieba u membri tal-pubbliku biex jipparteċipaw f’diskussjonijiet, rakkuntar tal-istejjer, fotografija, poeżija, mużika, wirjiet ta’ films fl-apert permezz ta’ ċinema mobbli li taħdem kompletament bl-enerġija solari, u rappreżentazzjonijiet oriġinali, fost attivitajiet uniċi oħra.

Is-sessjonijiet kollha se jinkludu dibattitu miftuħ flimkien ma’ esperti kif ukoll stedina għar-rispons tal-pubbliku, segwiti mill-opportunità biex titkompla d-diskussjoni waqt avveniment soċjali aktar tard matul il-lejl.

Inside the Border’ hija l-ewwel avveniment fis-serje Utopian Nights; serje ta’ avvenimenti pubbliċi maqsuma f’żewġ partijiet li tipprovdi pjattaforma għad-diskussjoni dwar kwistjonijiet soċjali importanti relatati mal-eżilju u l-kunflitt, u għall-ħsieb dwar erba’ temi kontemporanji: l-ispostament, il-fruntieri, il-ħajja f’kamp u l-komuni globali.

Il-katalist tas-serje hu l-kunċett ta’ Utopja, li huwa mifhum bħala spazju demokratiku – pjattaforma għad-diskussjoni u proġett parteċipattiv fejn kulħadd jista’ jiddibatti, jikkontesta u jiġi sfidat bl-istess mod.

Dan l-avveniment huwa bla ħlas u hu miftuħ għal kulħadd.

Għal aktar informazzjoni u biex taċċessa l-programm sħiħ ta’ attivitajiet żur valletta2018.org u segwi l-paġna ta’ ‘Utopian Nights‘ fuq Facebook.

‘Utopian Nights: Inside the Border’ hu maħluq minn Elise Billiard u organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, Elise Billiard, Sarah Farrugia, Sarah Mallia u Andrea Pullicino, bil-parteċipazzjoni ta’ Kinzénguélé, Alberto Favaro, Jeremy Mangion, Florinda Camilleri u Corps Citoyen.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Sa mill-1974, bi storja ta’ 45 sena, il-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin dejjem ħadmet qatigħ biex ittella’ dramm tal-passjoni għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan id-dramm illum tista’ tgħid huwa sinonimu mal-ġranet tar-Randan…

Attivita'

Il-Festival Gaulitana jirritorna bejn it-8 ta’ Marzu u s-7 t’April 2019, b’edizzjoni li ser tkun marbuta mat-tema “Il-Mara fis-Soċjetà”. Il-festival ħa spunt mill-Manon Lescaut (l-opra magħżula għal din is-sena) u…

Attivita'

Il-‘katavru’ ta’ aristokratiku Ruman ġie espost għall-pubbliku f’parti prominenti tad-Domus Romana, ir-Rabat, Malta. Il-funeral li se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 17 ta’ Frar, se jitlaq mid-Domus u jipproċedi lejn…

Attivita'

A Meow hall, where you can meet impressive breeds and new rare breeds (the Japanese Bobtail, Kurlian Bobtail, Russian Blue & Don Sphynx) and hear owners talk about their breeds.  Two days of…

Aktar