Attivitajiet Kulturali
X’se tilbes għall-Karnival? – il-kostum jista’ jrebbħek

Festivals Malta iħabbar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-kostum karnivalesk li ser issir nhar it-Tlieta 13 ta’ Frar 2018  fil-11.00 am fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Din il-kompetizzjoni hi intenzjonata għal tfal u adolexxenti ta’ bejn il-5 u 16-il sena u ser tkun imqassma f’żewġ kategoriji skont l-età.

Min jixtieq jieħu sehem, jista’ jikseb formola tal-parteċipazzjoni minn: Festivals Malta, Kunsill Malti għall-Arti,  16, Triq M.A. Vassalli, il-Belt, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.

Dawk li japplikkaw huma mistennija li jieħdu sehem fil-Karnival tat-tfal is-Sibt 10 ta’ Frar meta ssir esebizzjoni bil-kostum.

Wara mbagħad isir il-finali fi Pjazza Teatru Rjal, it-Tlieta 13 ta’ Frar, meta l-ġurija tagħzel l-aħjar entratura fil-kategorija rispettiva.

/

L-applikazzjonijiet jagħlqu  nhar il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018, f’nofsinhar u l-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lil Mariella Portelli fuq [email protected] jew billi jċempel fuq in-numru 23397036.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar