Żewġ eżibizzjonijiet ġodda mtella’ minn Ray Piscopo

L-ewwel parti tal-Abstract Rhythms in Nature ser issir ġewwa l-Banca Giuratale, Pjazza l-Indipendenza, Victoria, Għawdex, bejn it-Tnejn 7 u t-Tnejn 28 ta’ Diċembru; it-tieni parti ser issir ġewwa l-Cavalieri Art Hotel f’San Ġiljan, bejn is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2015 u l-Erbgħa 13 ta’ Jannar 2016.

Għal aktar informazzjoni dwar l-arti u l-karriera ta’ Ray Piscopo, jekk jogħġbok żur is-sit www.raypiscopo.com

Bijoġrafija:-

L-artist Ray Piscopo, li huwa magħruf kemm fix-xena  tal-arti lokali, kif ukoll bil –partecipazzjoni tieghu f’dik internazzjonali, għar-rapreżentazzjonijiet distinti tiegħu tad-dinja ta’ madwaru, għadu kif ħabbar żewġ esibizzjonijiet ta’ arti.  L-esibizzjonijiet ser jittellgħu ġewwa l-Banca Giuratale f’Għawdex bejn is-7 u t-28 ta’ Diċembru, u fil-Cavalieri Art Hotel ġewwa San Ġiljan bejn it-12 ta’ Diċembru 2015 u t-13 ta’ Jannar 2016.

Bl-isem ta’ ‘Abstract Rhythms in Nature’, dawn iż-żewġ esibizzjonijiet qed jittellgħu bil-għan li jesploraw is-suġġett b’mod sempliċi, b’lingwagg viżiv li tittransforma n-natura u li tagħti l-oġġetti ta’ kuljum, xeni naturali u nies, forma ġeometrikament kumplessa imma li tinftiehem faċilment.

“Ilni naħdem fuq dan il-material għal dawn l-aħħar hmistax il-xahar, u ninsab kuntent b’dak li nħoloq s’issa,” jgħidilna s-Sur Piscopo, li, apparti li hu artist, huwa ukoll il-kuratur tas-serje Artist of the Month’ tal-Orange Grove Art Café ġewwa l-Corinthia Palace Hotel & Spa f’Ħ’Attard.

L-ewwel parti ta’ din l-esibizzjoni ser tittella’ ġewwa Għawdex u ser tikkonsisti fi 12-il kanvas b’rappreżżentazzjonijiet li jinkludu l-panorama taċ-Cittadella u temi figurattivi oħra.

It-tieni parti, li ser tkun qegħda tittella’ kważi fl-istess żmien ġewwa l-Cavalieri Art Hotel f’San Ġiljan, ser ikollha 15-il kanvas b’temi figurattivi u 10 oħra ta’ daqs iżgħar b’temi astratti.

Mal-għeluq tal-ewwel parti tal-esibizzjoni ġewwa Għawdex, il-pitturi li ser ikunu għal wiri fil-Banca Giuratale ser jiġu trasferiti għal-Cavalieri Art Hotel, biex iż-żewg idejoloġiji distinti jingħaqdu f’esibizzjoni waħda.

 Is-Sur Piscopo, li ilu fix-xena tal-arti lokali mis-sebgħinijiet, kien imħarreġ mill-artist Antoine Camilleri, li żgur m’għandu bżonn l’ebda introduzzjoni.  Minn dak iż-żmien ‘l hawn, is-Sur Piscopo serva ukoll bħala membru tal-Healing Arts Committee li twaqqaf mill-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi biex jissebbhu l-ispazji pubblici tal-isptar Mater Dei b’arti addattata ghal-dak l-ambjent u biex jghin indirettament ghall-fejqan.  L-artit iegħu issa tinstab f’kollezzjonijiet tal-arti privati ġewwa l-Italja, l-Irlanda, r-Renju Unit, in-Norveġja, l-Awstralja, l-iStatiUniti, Franza u f’Malta.

“Jien onorat ukoll li nista’ nħabbar li l-Ministru għall-Għawdex, Dr Anton Refalo, ser jinawgura l-eżibizzjoni ġewwa Għawdex; filwaqt li l-President Emeritus, l-ET Dr George Abela, ser jiftaħ dik ġewwa Malta,” jikkonkludi s-Sur Piscopo.

Dawk kolla li għandhom it-traddizzjonijiet u n-natura Maltija għal qalbhom, kif ukoll dawk li jħobbu l-arti u l-kultura, huma mħeġġa jżuru dawn iż-żewġ esibizzjonijiet ta’ Ray Piscopo.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Fl-1840, il-fotografija rat lil Malta fit-transizzjoni bejn il-ħakma tal-Kavallieri u l-ħakma Ingliża.  Din kienet fażi important ħafna fl-istorja ta’ pajjiżna.  Il-Kavallieri kienu telqu imma ħafna bini u fortifikazzjonijiet kienu għadhom…

Wirja

Dan il-grupp ta’ artisti jiltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa ġewwa Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta. L-għan huwa li jpinġu flimkien u fl-istess ħin igawdu il-kumpanija ta’ xulxin. Is-sabiħ ta’…

Wirja

The Chamber of Fashion Malta Foundation, will be hosting a fashion show in collaboration with the Malta Tourism Authority, and under the Patronage of the Embassy of Italy. Arte e…

Aktar