Żjara esklussiva għall-istudenti li għandhom il-Viża ta’ Heritage Malta

Nhar it-Tnejn, 24 ta’ Frar, il-Laboratorji tal-Konservazzjoni f’Bighi, se jiftħu l-bibien tagħhom esklussivament għal dawk l-istudenti li għandhom il-Viża ta’ Heritage Malta. Dan l-avveniment hu bla ħlas iżda jeħtieġ biljett biex wieħed jattendi.

Din il-viża tingħata lill-istudenti meta jikkollezzjonaw għaxar timbri differenti waqt iż-żjajjar tagħhom f’għaxar siti u mużewijiet varji ta’ Heritage Malta. Kull student jista’ jiġi akkumpanjat minn adult għal din l-okkażjoni speċjali.

Id-Diviżjoni tal-Konservazzjoni hija fdata bir-responsabbiltà li tipprovdi konservazzjoni preventiva, servizzi ta’ konservazzjoni u restawr, u servizzi djanjostiċi xjentifiċi fil-mużewijiet u s-siti varji ta’ Heritage Malta. Il-funzjonijiet primarji ta’ din id-diviżjoni jinkludu l-organizzazzjoni, il-koordinazzjoni, il-moniteraġġ u l-implimentazzjoni ta’ proġetti magħżula relatati mal-konservazzjoni u r-restawr. Id-Diviżjoni tal-Konservazzjoni tikkoopera wkoll ma’ entitajiet oħra li huma involuti f’attività ta’ konservazzjoni u restawr, kemm f’Malta u kif ukoll barra l-pajjiż.

L-istudenti se jżuru sezzjonijiet differenti fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konservazzjoni li jkopru l-pittura u statwi polikkromi, l-injam, it-tessuti, il-karta u l-oġġetti (ħġieġ, metall, ġebel u ċeramika).

Se jkun hemm erba’ sessjonijiet fid-9.00am, fl-10.00am, fil-11.00am u f’nofsinhar. Sa massimu ta’ 10 studenti jistgħu jattendu kull sessjoni. Il-parteċipanti huma mitluba li jkunu fil-ħin.

Il-biljetti jistgħu jiġu akkwistati minn kull sit u mużew ta’ Heritage Malta. Mhux se jkun hemm il-possibilitá li takkwista biljetti mis-sit dakinhar. Dawn il-biljetti flimkien mal-Passaport u l-Viża ta’ Heritage Malta għandhom jiġu ppreżentati biex jinkiseb aċċess għal dan l-avveniment.

Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament…

Andreas Reuterswärd huwa r-rebbieħ ta’ Good Earth’s Peel and Win Grand Prize. Liema rebbieħ, ingħatalu voucher għall-ivvjaġġar mill-corporate manager ta’ FCM Travel Solutions, Fleur Spiteri, u l-marketing manager ta’ Good Earth,…

Attivita'

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival 2020, iI-Kunsill Lokali Paola ser ikun qed itella’ żewġ attivitajiet.  L-ewwel attività ser tkun Dramm qasir bl-isem ta’ MICKEY. Dan id-dramm qed jittella’ miċ-Ċentru Anzjanità Attivà tal-Kunsill Lokali…

Wirja

The second exhibition of the newly redesigned 111 Art Gallery in Ta Xbiex, Malta, featuring artist Gorg Mallia exhibiting digital abstracts with his pen-and-ink figures: ‘Rhapsody-in-Pain’. Rhapsody-in-Pain is made up…

Aktar