Kultura
Żjara fil-Forti Manoel mal-FAA

Meta l-Ordni ta’ San Ġwann waslet Malta fl-1530, kien hemm ftit li xejn difiża mal-kosta Maltija. Wara r-rebħa tal-Assedju l-Kbir, l-Ordni żgurat li tiddefendi aħjar lil Malta u l-isforzi tagħha tat il-frott mistħoqq b’perjodu twil mingħajr l-ebda assedji.

Il-Fort Manoel kien wieħed fost l-aqwa forti li bniet l-Ordni. Mibni mill-ġenerosità tal-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena, il-forti kien jipprovdi sigurtà lin-naħat ta’ Marsamxett. Kien jipprovdi wkoll sigurtà lil Lazzaretto, l-isptar ta’ kwarantina li kellha l-Ordni. Il-Forti baqa’ jintuża anke matul il-perjodu Brittanniku u kien biss wara t-Tieni Gwerra Dinjija li ġie rritornat lill-Gvern lokali.

L-FAA qed torganizza żjara ma’ Vince Zammit fil-Forti Manoel li tipprovdi l-opportunità sabiex il-pubbliku jara b’għajnejh ir-restawr li sar, li jisma’ bl-istejjer dwar il-Forti u l-gżira filwaqt li tiġi ammirata l-veduta tal-Belt.

Post: Niltaqgħu ħdejn l-entrata ta’ Forti (vann se jwassalna sal-entrata Couvra Port)

Data: Il-Ħadd 21 ta’ Jannar

Prezz: donazzjoni ta’ €13

Ħin: 10.00-12:00am

Postijiet jistgħu jiġu riservati billi ssir donazzjoni fuq: https://ticketengine.faa.org.mt/

Facebook link: https://www.facebook.com/events/2021193928159819/

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Min jaf x’kien jirrakkonta Sir Themistocles “Temi” Zammit li kieku wieħed seta’ jiltaqa’ miegħu? Zammit kien individwu eċċezzjonali u ta’ suċċess. Primarjament hu kien tabib, madanakollu huwa kien ukoll professor…

Kultura

Nhar l-Erbgħa, 3 t’Ottubru, u l-Ħamis, 4 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tipprovdi lill-pubbliku l-opportunità li jduq l-Istorja fis-sala tal-ikel tal-Mużew Marittimu, il-Birgu. Ibbażata fuq kunċett ġdid li jitraċċa…

Kultura

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna Tal-Grazzja ta’ din is-sena, kif ukoll fl-okkażjoni tal-135 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883, il-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti fi ħdana ser…

Aktar