Attivita'
Żur is-siti ta’ Tas-Silġ u Forti Delimara

Nhar is-Sibt, 11 ta’ Mejju, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jipparteċipa fi żjara mal-kuraturi fis-siti ta’ Tas-Silġ u Forti Delimara.

Peress li l-fdalijiet tat-tempji ta’ Tas-Silġ imorru lura għal aktar minn 4000 sena, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jsegwu l-vjaġġ ta’ dan is-sit li jkopri l-maġġoranza tal-fażijiet tal-arkeoloġija ta’ Malta. Is-sit huwa l-aktar popolari għal dak li kien magħruf bħala t-tempju ta’ Ashtarte. Imma x’kien hemm qabel u wara li nbena dan it-tempju?

Il-Forti Delimara hija eżempju klassiku ta’ fortifikazzjoni kostali tal-perjodu Vittorjan li nbniet mill-Inġiniera Rjali lejn l-aħħar tad-19 il-seklu sabiex tiddefendi l-port ta’ Marsaxlokk. Minbarra diversi eżempji ta’ arkitettura militari kontemporanja, il-forti għad għandha erbgħa minn sitt kanuni oriġinali li bħalhom m’għadek issib imkien madwar id-dinja li għadhom armati fuq il-pjattaformi fil-post oriġinali tagħhom.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta, jew online. Jistgħu jattendu sa 40 persuna biss.

Il-parteċipanti huma mitluba jilbsu żraben b’qiegħ ċatt. Is-sit ta’ Tas-Silġ huwa post fejn jitrabbew in-naħal. Dawk li jattendu għal din iż-żjara ma’ jistgħux japplikaw fwieħa, żjut ifuħu jew ammont eċċessiv ta’ prodotti li jipproteġu mill-qawwa tax-xemx. Il-parteċipanti huma mitluba wkoll li jżommu l-bogħod miż-żona fejn jitrabba’ n-naħal u li ma jagħmlux ħsara lil dawn l-insetti.

Il-kuraturi se jkunu qed jakkumpanjaw u jiggwidaw lill-grupp. Se jiġi provdut trasport bejn iż-żewġ siti li jitlaq minn Tas-Silġ u mbagħad jirritorna fl-istess post wara ż-żjara fil-Forti Delimara.

Il-parteċipanti għandhom jiltaqgħu ħdejn il-Kappella Tas-Silġ, Triq Delimara, Marsaxlokk.

Prezz: €12 (adulti), €10 (membri, anzjani u studenti), €8 (tfal).

Ħin: mid-09.00am sas-1.00pm

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar