Attivita'
Żur it-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra fi nżul ix-xemx

Heritage Malta qed tagħti l-opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku biex iqatta’ nżul ix-xemx fil-park arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra.

Din l-attività se ssir nhar il-Ġimgħa li ġej u tinkludi żjara fiż-żewġ siti preistoriċi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, kif ukoll se jkun esplorat il-pajsaġġ Mediterranju b’karatteristiċi storiċi fosthom it-Tankijiet ta’ Misqa, il-Congreve Memorial u t-Torri tal-Ħamrija.

Fi tmiem iż-żjara se jkun hemm riċeviment fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra.  Il-viżitaturi jridu jkunu fil-parkeġġ tas-sit fis-6.30pm fejn jiltaqgħu mar-rappreżentanti ta’ Heritage Malta.

Iktar tagħrif jinkiseb minn heritagemalta.org jew mill-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Heritage Malta.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar is-Sibt, 30 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tilqa’ l-attività għat-tfal ‘Planting Story Seeds’ fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, l-Imdina. Din l-attività se sservi bħala opportunità unika biex wieħed jiltaqa’ ma’…

Attivita'

Fi tmiem it-terminu tagħha bħala l-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca se tkun qed tiltaqa’ mal-pubbliku f’Malta u Għawdex. Il-pubbliku se jkun jista’ jiltaqa’ mal-President Coleiro Preca nhar is-Sibt…

Attivita'

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat. Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk…

Aktar