Kultura
Żur u ara b’għajnejk it-Tgħanniqa Eterna għal Jum San Valentinu

Għalkemm nafu nemmnu li l-antenati antiki tagħna kienu differenti ħafna minna, il-bżonnijiet fundamentali fiżjoloġiċi u psikoloġiċi tagħhom aktarx kienu pjuttost simili. Dan hu mfassal b’mod grazzjuż fl-istatwetta preistorika li turi żewġ figuri mgħannqa, u li fl-okkażjoni ta’ San Valentinu, se tkun qed tiġi esebita ġewwa l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.

Sa llum, din l-istatwetta hija l-uniku artifatt minn Malta li jmur lura għall-Perjodu Neolitiku u li juri emozzjonijiet umani immortalizzati f’espressjoni artistika. Dan l-artifatt li jmur lura 3,200 sena QK instab ġewwa t-Tempji ta’ Ħal Tarxien; wieħed mis-siti preistoriċi f’Malta.

Minħabba l-antikità ta’ dan l-artifatt, wieħed jista’ jipotizza biss dwar x’inhi t-tifsira vera tiegħu. Madanakollu huwa affaxxinanti li nassumu li din l-istatwetta tal-koppja mgħannqa jista’ jkun li qed tfakkar xi storja ta’ mħabba li eżistiet eluf ta’ snin ilu.

Din l-istatwetta ċkejkna se tkun qed tiġi esebita fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija l-Belt mill-11 sas-17 ta’ Frar 2019 (l-aħħar dħul fl-4.15pm).

L-esebizzjoni tinsab fid-daħla tal-mużew u d-dħul għaliha hu bla ħlas.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, Gudja se ttella’ l-kunċert Factus Obidiens Usque Ad Mortem. Il-kunċert se jittella’ fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Santa Marija nhar il-Ħadd, 7 t’April fis-6.30pm. Se jieħdu sehem…

Kultura

Il-Karnival fil-Marina llum sar imfittex ħafna fiż-żona ta’ Marsamxett, fejn bosta huma dawk li jgħixu fiż-żoni ta’ Tas-Sliema, Gżira, Msida, Pieta’ u naturalment Ta’ Xbiex, li jżuru dan il-Karnival. Din…

Kultura

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Frar 2019, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Dr Steve Borg se jagħmel taħdita dwar ir-riċerka li ppubblika f’żewġ volumi ta’ kotba, Il-Maltin: Għemilhom,…

Kultura

Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien se tinawgura r-restawr u ridekorazzjoni tal-koppla. L-inawgurazzjoni se ssir nhar l-24 ta’ Diċembru 2018 għall-ħabta ta’ 10:00pm matul il-Velja tal-lejl Qaaddis tal-Milied. Din se tkun inawgurata mit-tfal…

Aktar