Dr Valerie Fiott il-Kap Eżekuttiv Legali l-ġdid tal-BOV

Il-Bank of Valletta ħabbar l-ingaġġ ta’ Dr Valerie Fiott bħala l-Kap Eżekuttiv Legali l-ġdid.  Hija se tkun qed tirrapporta direttament lill-Kap Eżekuttiv tal-Bank u ser tkun l-ogħla uffiċjal fi ħdan l-istruttura legali tal-Bank.

Fi stqarrija, il-BoV qal li Dr Valerie Fiott gradwat b’Dottorat fil-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-1984. Sussegwentament ingħatat borża ta’ studju fl-Ingilterra fejn kellha l-opportunità taħdem mill-qrib mal-Qorti tal-Familja tar-Renju Unit.  Lura f’Malta, Valerie ħadmet għal numru ta’ snin fil-Qorti ta’ Malta, fejn kellha numru ta’ rwoli, inkluż dak ta’ Deputy Registar fil-Qorti Kummerċjali.

Dr Fiott ingħaqdet mal-Bank of Valletta fl-1996, u minn dakinhar okkupat diversi rwoli fi ħdan l-Uffiċċju legali tal-Bank, inkluż dak tal-avukat responsabbli mir-riviżjoni tal-kuntratti.  Preżentement, Dr Fiott tokkuppa l-irwol ta’ Kap  fid-Diviżjoni tal-Kuntratti tal-Bank.

Dr Valerie Fiott hija s-suċċessur ta’  Dr Michael Borg Costanzi, li ser ikun qed jieħu l-early retirement wara karriera ta’ 35 sena mal-Bank of Valletta. Huwa kien ilu jokkupa l-kariga ta’ Chief Officer Legal Services mill-2008.

Aħbarijiet Oħra

Vivamus magna justo, lacinia eget consectetur sed, convallis at tellus. Vestibulum ac diam sit amet quam vehicula elementum sed sit amet dui. Nulla quis lorem ut libero malesuada feugiat. Curabitur…

Aktar