€800,000 allokati għar-restawr tas-saqaf ta’ Dar il-Mediterran

Il-Gvern alloka €800,000 mill-Fondi Reġjonali tal-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropeja għar-restawr ta’ parti mis-saqaf oriġinali ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Din il-binja majjestuża tas-‘Sacra Infermeria’ tiddomina l-Port il-Kbir min-naħa tal-Belt. Ix-xogħol tal-bini fuq dan l-isptar tal-ordni beda fl-1574 fi żmien il-Gran Mastru Jean de la Cassiere.

L-attrazzjoni prinċipali f’Dar il-Mediterran hija s-sala twila 155 metru. Is-saqaf tas-Sala tas-‘Sacra Infermeria’ huwa wieħed mill-ftit soqfa tal-injam li nbew fis-seklu 14 u li għadhom jeżistu.  Għalkemm fit-Tieni Gwerra Dinjija terz tas-saqaf inqered meta ntlaqat f’erba attakki, s-saqaf kien ġie restawrat.

Il-Perit Amanda de Giovanni, qalet lil TVM li mal-40 travu tal-injam oriġinali ta’ żmien il-kavallieri baqgħu mhux mittiefsa, iżda issa ser jiġu restawrati minħabba l-ħsarat li għandhom.

Minbarra r-restawr tas-saqaf, se jsir ukoll ir-restawr tal-garigor li jagħti għall-bejt, fejn se jinfetaħ għall-pubbliku terrazzin minn fejn wieħed jista’ jara panorama stupenda tal-Port il-Kbir u tal-Kottonera.

Il-Perit Degiovanni qalet lil TVM li huwa ttamat li x-xogħol jibda f’Marzu biex ikun lest sa Awwissu jew Settembru.

Aħbarijiet Oħra

“Ninsab kuntenta ħafna. Nittama li dan l-avveniment iservi sabiex aktar nisa jitħajru jsiru referis u fuq kollox li aktar tfajliet jarawni bħala eżempju.” Dawn huma kliem ir-referi Franċiża Stephanie Frappart…

  In-Nazzjon Il-ġurnal b’ritratt tal-Prim Ministru Joseph Muscat u titlu li jgħid li wara li tħabbru l-ogħla karigi fi ħdan il-kunsill Ewropew, tisfuma fix-xejn il-ħolma ta’ Dr Muscat li jsir…

Aktar