ESC 2021 GDPR

Avviż ta’ privatezza dwar it-Televoting

Din l-informazzjoni qed tingħatalek biex bħala participant fil-Eurovision Song Contest
Televoting (votazzjoni permezz tat-telefon), ikollok l-informazzjoni relatata dwar kif id-dejta
personali tiegħek qiegħda tinġabar u tiġi pproċessata meta ċċempel u dwar id-drittijiet
tiegħu taħt il-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Bħala kontrolluri konġunti, aħna

L-European Broadcasting Union, flimkien max-Xandar Parteċipant, il-Public Broadcasting
Services Ltd. u x-xandar ospitanti

Ancienne Route 17A,
CH-1218 Grand-Saconnex (Geneva),
Svizzera,
(l-EBU)

U

Digame mobile GmbH
Schanzenstrasse 38
D-51063 Cologne
Ġermanja
(il-Kumpanija)

Huma impenjati li jipproteġu d-dejta personali u jirrispettaw il-privatezza b’konformità malliġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli hekk kif mitlub mir-Regolamenti dwar ilProtezzjoni tad-Dejta Ġenerali tal-UE tal-2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tadDejta tal-Federazzjoni tal-Ġermanja (BDSG). Aħna mhux se nkunu qegħdin nipproċessaw iddejta personali tiegħek għal ebda raġuni oħra ħlief għal dak imniżżel hawn isfel.

L-EBU u l-Kumpanija wettqu arranġamenti konġunti tal-kontrolluri b’mod speċifiku u separat
skont l-Artiku 26 tal-GDPR, il-kontenut ewlieni li huwa disponibbli fuq talba fil-faċilitajiet
kemm tal-EBU u kemm tal-Kumpanija.

X’inhuma l-kategoriji ta’ dejta personali li qegħdin jiġu pproċessati?

Aħna ser nipproċessaw biss data personali li nirċievu meta inti tivvota kemm bit-telefon kif
ukoll b’messaġġ (SMS) billi nużaw l-konnessjonijiet provduti minn linja fissa jew milloperatur tal-linja ċellulari.

Meta nagħmlu dan, aħna – jiddependi mill-pajjiż tal-oriġinu tiegħek – se niġbru linformazzjoni li ġejja mingħandek meta applikabbli

• In-numru tat-telefon ċellulari tiegħek (MSISDN – Mobile Station Integrated Services
Digital Network Number)
• Il-ġurnata u l-ħin ta’ meta inti pparteċipajt fil-votazzjoni permezz tat-telefon
• In-numru tal-kanzunetta li vvotajt għaliha
• L-isem tal-operatur tal-linja fissa jew tal-linja ċellulari tiegħek
• It-tip ta’ kuntratt illi għandek mal-operatur tal-linja ċellulari (jekk hux imħallas bilquddiem jew kuntratt).

 

Għaliex id-data tiegħek ser tiġi pproċessata (ir-raġuni għall-ipproċessar) u x’inhi l-bażi
legali ta’ dan kollu?

Aħna ser niġbru id-dejta personali tiegħek fuq il-bażi tal-interess leġittimu tagħna (Art. 6
Para. 1 (f) GDPR) biex niġġeneraw ir-riżultat uffiċjali u niddeterminaw il-klassifikazzjoni tadkanzunetti parteċiptant fl-ESC u eventwalment ir-rebbieħ.

Il-parteċipazzjoni tiegħek hija volontarja u meta tipparteċipa fit-Televoting, tkun qed tagħti
il-kunsens tiegħek biex nipproċessaw id-dejta personali (elenkata hawn fuq) għal dawn irraġunijiet:

• Nikkalkulaw u niġġeneraw riżultat uffiċjali u validu tal-ESC ibbażat fuq il-voti taludjenza (inkluż tiegħek)
• Niġġeneraw statistika aggregata fuq il-voti tal-ESC
• Nippublikaw riżultati aggregati u anonimi

Min se jkollu aċċess għad-dejta personali tiegħek?

Biex tipparteċipa fit-televoting, inti qiegħed tuża servizz tat-telekomunikazzjoni ffaċilitat
mill-operatur nazzjonali tat-telekomunikazzjoni tiegħek u/jew operatur li jista’ jibgħat parti
jew id-dejta personali tiegħek kollha lil Kumpanija biex tkun tista’ ssir il-kalkulazzjoni ta’
riżultat validu tal-udjenza.

Fil-Kumpanija, id-dejta personali tiegħek se ssir aċċessibbli lid-dipartiment li għandhom
bżonnha biex iwettqu l-obbligazzjonijiet legali u kuntrattwali tal-Kumpanija. Il-fornituri tasservizz u aġenti terzi li jaħdmu għall-Kumpanija jistgħu jirċievu wkoll id-dejta personali
tiegħek għal tali skopijiet sakemm dawn jimpenjaw ruħhom li jżommu, b’mod partikolari, ilkunfidenzjalità u l-integrità. Dawn ir-riċevituri jistgħu, per eżempju, ikunu fornituri ta’
servizzi tal-IT jew tat-telekomunikazzjoni.

Mhu ser ikun hemm l-ebda trasferiment ta’ dejta personali lil riċevituri barra l-kumpanija.
Waq tli l-EBU hija kontrollur konġunt mal-Kumpanija fir-rigward tat-televoting, il-Kumpanija
mhix se tittrasferixxi d-dejta personali tiegħek lill-EBU li se tirċievi mingħand il-Kumpanija
biss riżultati anonimi għar-raġunijiet elenkati hawn fuq. Se jiġu ppubblikati biss ir-riżultati
aggregati u anonimizzati.

Id-dejta personali ser tiġi ttrasferita lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali?

Il-voti mitfugħa barra l-Ġermanja se jiġu ttrasferiti lill-Kumpanija fil-Ġermanja bil-għan li
tipproċessahom u mhu se jsir l-ebda trasferiment ieħor. Il-kumpanija mhix se tittrasferixxi
dejta personali lil terzi pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea.

Għal kemm żmien id-dejta personali tiegħi se tinżamm?

Il-kumpanija se tipproċessa u taħżen id-dejta personali tiegħek sakemm tkun meħtieġa biex
tonora l-obbligazzjonijiet legali u kuntrattwali.

Ladarba d-dejta personali ma tibqax aktar meħtieġa biex jiġu onorati l-obbligi legali jew
kuntrattwali, tibda titħassar b’mod regolari sakemm l-ipproċessar ulterjuri tagħha, għal
perjodu ta’ żmien fiss, ma jkunx meħtieġ għall-għanijiet li ġejjin:

Aħna ser nipproċessaw u nżommu id-data personali tiegħek għal dak iż-żmien kollu
neċessarju sakemm nonoraw l-obbligazzjonijiet kontrattwali u legali tagħna.

• Twettiq ta’ liġijiet rigward il-kummerċ u t-taxxa relata ma’ obbligi għaż-żamma talinformazzjoni,
• Il-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż (HGB), il-Kodiċi tat-Taxxa (AO), L-Att dwar il-Ħasil talFlus (GwG). Dawn il-liġijiet ġeneralment jispeċifikaw perjodi relatati maż-żamma talinformazzjoni għal skopijiet ta’ arkivjar u dokumentazzjoni li jvarjaw minn sentejn sa
għaxar snin.

X’inhuma l-jeddijiet tiegħek?

Inti għandek il-jedd li taċċess d-dejta personali tiegħek, u li titlob li tiġi kkoreġuta f’każ li ma
tkunx eżatti jew li titħassar fl-eventwalità li ma tibqax aktar meħtieġa għar-raġunijiet li
għalihom inġabret u ġie proċessata.

F’xi każijiet, int għandek id-dritt li titlob għal restrizzjonijiet fl-ipproċessar, għall-portabbiltà
tad-dejta jew li toġġezzjona għall-ipproċessar. Kull kunsens li tagħti għall-ipproċessar taddejta personali tiegħek minna jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin. Jekk jogħġbok innota li lirtirar tal-kunsens japplika biss għall-futur. L-ipproċessar li jkun seħħ qabel l-irtirar talkunsens ma jkun affettwat minnha.

Tista’ teżerċità d-drittijiet tiegħek billi tibgħat it-talba tiegħu b’imejl fuq [email protected]

Jekk tqis li l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek tikkostitwixxi ksur tal-liġi/liġijiet taddejta personali, inti għandek id-dritt li tissottometti ilment mal-awtorità ta’ superviżjoni,
b’mod partikolari fil-pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea tal-pajjiż ra’ residenza tiegħek, talpost tax-xogħol tiegħek jew tal-post fejn seħħ il-ksur.

Kif tista’ tagħmel kuntatt mal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Dejta?

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tħassib dwar dan l-Avviż ta’ Privatezza, tista’ tagħmel
kuntatt:

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kumpanija fuq [email protected]

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-EBU fuq [email protected]

Data effettiva u Bidliet

L-Avviz tal-Privatezza huwa effettiv mill-11 ta’ Frar, 2021

Aħna nirriservaw id-dritt, għad-deskrizzjoni kompleta tagħna, li nibdlu, nimmodifikaw,
inżidu, jew inneħħu partijiet mill-Avviż ta’ Privatezza f’kull ħin.