ESC 2019 GDPR

Noti dwar il-protezzjoni tad-data għal min jipparteċipa fit-televoting fil-Eurovision Song Contest 

Din l-informazzjoni qed tingħatalek biex bħala participant fil-Eurovision Song Contest Televoting (votazzjoni permezz tat-telefon), ikollok l-informazzjoni relatata dwar kif id-data personali tiegħek tiġi proċessata u biex tgħarrfek dwar id-drittijiet tiegħek skont il-liġi tal-protezzjoni u l-privatezza tad-data.

 

Min huwa responsabbli mill-ipproċessar tad-data u min huwa l-kuntatt tiegħi?

Il-kontrollur tad-data huwa:
Digame mobile GmbH
Schanzenstrasse 38
D-51063 Cologne
Ġermanja

Inti tista’ tikkuntattja l-uffiċjal tal-kumpanija tal-protezzjoni tad-data tagħna fuq: [email protected]

 

X’inhuma s-sorsi u d-data li ser nużaw? 

Aħna ser nipproċessaw biss data personali li nirċievu meta inti tivvota kemm bit-telefon kif ukoll b’messaġġ (SMS) billi nużaw l-konnessjonijiet provduti minn linja fissa jew mill-operatur tal-linja ċellulari.

Meta nagħmlu dan, aħna niġbru biss il-kategoriji tad-data kif spjegat hawn taħt:

  • In-numru tat-telefon tiegħek (MSISDN – Mobile Station Integrated Services Digital Network Number)
  • Il-ġurnata u l-ħin ta’ meta inti pparteċipajt fil-votazzjoni permezz tat-telefon
  • L-isem ta’ l-operatur tal-linja fissa jew tal-linja ċellulari
  • It-tip ta’ kuntratt illi għandek ma’ l-operatur tal-linja ċellulari (jekk hux imħallas bil-quddiem jew kuntratt).

 

Għaliex id-data tiegħek ser tiġi pproċessata (ir-raġuni għall-ipproċessar) u x’inhuwa l-bażi legali ta’ dan kollu?

Aħna ser nipproċessaw din id-data personali hekk kif mitlub fir-regolamenti tal-EU General Data Processing Regulation (GDPR) u l-Att dwar il-protezzjoni tal-German Federal Data (German Federal Data Protection Act( (BDSG) u  dan isir b’konsiderazzjoni rigward il-bilanċ tal-interessi  (Art. 6 Para. 1 (f) GDPR).

 

Għand min ser tiġi trasferita id-data tiegħi?

L-informazzjoni tiegħek ser tkun aċċessibbli għad-dipartimenti tal-kumpanija biss li ser ikollhom bżonnha biex nonoraw l-obbligazzjonijiet kuntrattwali u legali tagħna.  Operaturi oħra u aġenti terzi li jaħdmu għalina jistgħu jircievu din id-data kemm-il darba jintrabtu bil-kunfidenzjalita’ u l-integrita’.  Dawn ir-riċevituri, jistgħu jikkonsistu, per eżempju, minn kuntratturi tal-IT jew tat-telekomunikazzjoni.

Mhux ser ikun hemm l-ebda trasferiment ta’ data personali lil terzi barra l-kumpanija tagħna.  Għalkemm aħna m’aħniex l-organizzaturi tal-Eurovision Song Contest televoting – din hija l-European Broadcasting Union, Ancienne Route 17A, CH-1218 Grand-Saconnex (Geneva), Svizzera, minkejja dan taħt il-liġi tal-protezzjoni tad-data il-kontrollur tad-data huwa aħna, hekk kif definit fl-Artiklu 4(7) GDPR rigward it-televoting.  Dan għaliex aħna ser inkunu qed nipprovdu lil European Broadcasting Union b’riżultati anonimu biss tat-televoting.

 

Id-data ser tiġi trasferita lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali?

Mhux ser ikun hemm trasferiment tad-data personali tiegħek hawn fuq msemmija lil-pajjiżi terzi.

 

Għal kemm żmien din id-data ser tiġi miżmuma?

Aħna ser nipproċessaw u nżommu id-data personali tiegħek għal dak iż-żmien kollu neċessarju sakemm nonoraw l-obbligazzjonijiet kontrattwali u legali tagħna.

Meta d-data ma tibqax iktar rikjesta biex nonoraw l-obligazzjonijiet kontrattwali u legali, din tkun qed tiġi mħassra b’mod regolari sakemm iktar proċessar – għal perjodu ta’ żmien fiss – ma jkunx rikjest għas-segwenti raġunijiet:

  • Sabiex nonoraw il-liġi relatata mal-kummerċ u t-taxxa rigward obligazzjonijiet relatati maż-żamma ta’ informazzjoni,
  • Il-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniża (HGB), il-Kodiċi tat-Taxxa (AO), L-Att dwar il-Ħasil tal-Flus (GwG). Dawn il-liġijiet ġeneralment jispeċifikaw perjodi relatati maż-żamma ta’ informazzjoni relatati mal-arkivju u dokumentazzjoni bħala perjodi ta’ minn sentejn sa għaxar snin.

 

Xi drittijiet ta’ protezzjoni tad-data għandi?

Kull parteċipant tat-televoting għandu d-dritt għall-informazzjoni hekk kif stabbilita fl-Artikolu 15 GDPR; id-dritt illi jirretifika skont l-Artikolu 16 GDPR; id-dritt ta’ tħassir skond it-termini tal-Artikolu 17 GDPR; id-dritt tar-restrizzjoni tal-ipproċessar skont l-Artikolu 18 GDPR; id-dritt ta’ oġġezzjoni skond it-termini tal-Artikolu 21 GDPR u d-dritt tal-portabilita’ tad-data skond it-termini tal-Artikolu 20 GDPR.

Apparti dan kollu, inti għandek id-dritt li tressaq ilment ma’ awtorita’ ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-data (Art. 77 GDPR).

Kull kunsens li inti tagħti sabiex tiġi pproċessata id-data personali tiegħek, jista’ jiġi rtirat f’kull ħin.  Ngħarrfek illi tali rtirar tal-kunsens jiġi applikat biss minn dakinhar tal-irtirar ‘il quddiem.  Proċessar li seħħ qabel ma ġie rtirat il-kunsens ma jiġix affetwat bl-irtirar tal-imsemmi kunsens.

 

Għandi l-obbligu li nipprovdi d-data?

Inti trid tipprovdi l-informazzjoni personali hawn fuq imsemmija sabiex tkun tista’ tipparteċipa fil-votazzjoni permezz tat-telefon.

 

Ser ikun hemm sistemi ta’ deċiżjonijiet awtomatiċi?

Bħala prinċipju, aħna ma nużawx sistemi ta’ deċiżjonijiet awtomatiċi (fully automated decision-making processes) kif definiti bl-Art.22 GDPR meta tidħol, tagħmel jew tittermina relazzjoni ta’ negozju.  Ma nużawx lanqas, sistemi li jistabbilixxu l-profil uman.

 

Għandi dritt noġġezzjona?

Informazzjoni relatata mad-dritt tiegħek li toġġezzjoni skont Artikolu 21 GDPR

 

Dritt li toġġezzjona f’każ speċifiku

Għandek id-dritt li toġġezzjona, fuq bażi relatata mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek, f’kull ħin tal-iproċessar tad-data personali li tikkonċerna lilek li hija bbażata fuq Punt (f) tal-Artikolu 6 Para. 1 GDPR (l-ipproċessar tad-data b’kunsiderazzjoni tal-bilanċ tal-interessi).

Jekk toġġezzjona, aħna ma nibqgħux nipproċessaw id-data personali sakemm ma nipprovdux raġunijiet leġittimi u kompellenti għall-ipproċessar, liema raġunijiet iridu jissuperaw l-interessi, d-drittijiet u l-liberta’ jew nkella sabiex jiġi stabbilit, eżerċitat, jew sabiex niddefendu talbiet legali.

 

Riċevitur tal-oġġezzjoni

Inti tista tagħmel oġġezzjoni informali taħt it-titolu  “Oġġezzjoni”, billi tniżżel ismek, indirizz u d-data tat-twelid tiegħek u din l-oġġezzjoni għandha tiġi indirizzata lil:

Digame mobile GmbH
Schanzenstrasse 38
D-51063 Cologne
Ġermanja

Tel.: +49 221 59 68 88 80

[email protected]