Eurovision

Dirett: jitħabbar f’liema semi-finali tal-Eurovision se jkantaw il-pajjiżi

Ara f’liema semi-finali u f’liema pożizzjoni se jkunu qed ikantaw il-pajjiżi kollha parteċipanti fil-Eurovision Song Contest 2016.

Is-semi-finali tal-Eurovision din is-sena se jsiru t-Tlieta 10 u l-Ħamis 12 ta’ Mejju fl-Istokkolma. 10 pajjiżi jikkompetu f’kull semi-finali, bl-20 kanzunetta li jgħaddu jipparteċipaw fil-finali li jsir is-Sibt 14 ta’ Mejju. Fil-finali tas-Sibt, magħhom jingħaqdu wkoll il-ħames pajjiżi l-kbar: ir-Renju Unit, Spanja, il-Ġermanja, l-Italja, u Franza; u l-pajjiż rebbieħ, l-Iżvezja.