
“Ninsab kuntenta ħafna. Nittama li dan l-avveniment iservi sabiex aktar nisa jitħajru jsiru referis u fuq kollox li aktar tfajliet jarawni bħala eżempju.” Dawn huma kliem ir-referi Franċiża Stephanie Frappart li llejla ser tkun qed tikkontrolla l-finali tas-Super Cup Ewropea bejn Liverpool u Chelsea.
Għall-istatistika, din hi l-ewwel darba fl-istorja li uffiċjal femminili ser tkun qed tikkontrolla partita futbol tal-UEFA. Frappart kienet qed tagħti dawn il-kummenti lis-sit uffiċjali tal-assoċjazzjoni Ewropea tal-futbol. Hi għandha 35 sena u ilha referi sa mis-sena 2011 meta bdiet tikkontrolla xi logħbiet tat-tielet diviżjoni Franċiża. Ftit ftit hi bdiet tiela’ skaluna wara l-oħra tant li fit-28 t’April li għadda wettqet waħda mill-ħolmiet tagħha meta kkontrollat partita mill-ogħla diviżjoni Franċiża bejn SC Amiens u RC Strasbourg. Issa waslet ħolma ferm aktar u Frappart tinsab ferm eċitata iżda ffukata fuq il-konfront tal-lejla.
“Ili għal dawn l-aħħar jumejn nitħarreġ fiżikament flimkien mal-uffiċjali l-oħra filwaqt illi ppruvajna kull dettall possibbli,” temmet tgħid Frappart.
Anke ż-żewġ kowċis rispettivi, Jurgen Klopp ta’ Liverpool u Frank Lampard ta’ Chelsea tkellmu dwar dan l-appuntament tant prestiġġjuż.
Bħas-soltu Klopp ma naqasx li jixħet dik il-botta fina tiegħu meta qal li llum beħsiebu joqgħod aktar bil-għaqal minn fuq il-bank ta’ Liverpool u joqgħod lura milli jgħaddi xi kumment żejjed. Min-naħa tiegħu Lampard sostna li jħossu onorat li jinsab parti minn dan l-avveniment u awgura li aktar uffiċjali nisa jiġu maħtura sabiex jikkontrollaw logħbiet prestiġġjużi bħal dawn.
Din il-partita li tlaqqa’ kontra xulxin ir-rebbieħa tal-UEFA Champions League u dawk tal-UEFA Europa League ser tintlagħab f’Istanbul fit-Turkija u tibda fid-9pm u tixxandar diretta fuq TVM 2.
THE TIMES OF MALTA Times of Malta jirrapporta li l-fundatriċi tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, it-tnejn li huma rriżenjaw mill-Partit Demokratiku fejn qalu li jridu jagħtu l-opportunità biex…
Din hija ħarsa lejn l-istejjer fuq il-faċċata tal-erba’ ġurnali tal-lum, it-Tnejn, 09 ta’ Settembru, 2019. Times of Malta Times of Malta jirrapporta li l-Partit Nazzjonalista se jopponi l-miżura li tippermetti…
In-Nazzjon Il-ġurnal b’ritratt tal-Prim Ministru Joseph Muscat u titlu li jgħid li wara li tħabbru l-ogħla karigi fi ħdan il-kunsill Ewropew, tisfuma fix-xejn il-ħolma ta’ Dr Muscat li jsir…
Nagħtu ħarsa lejn l-ewwel paġni tal-ġurnali illum, tmienja ta’ Mejju 2019. The Malta Independent: Storja ritratt. Żeffiena jagħtu wirja quddiem il-papa Franġisku waqt laqgħa ekumenika u fost rappreżentanti li jħaddnu…