Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, it-Tlieta, 28 ta’ Jannar 2020

L-Orizzont

Storja fil-faċċata tal-Orizzont tgħid li bosta huma dawk il-partitarjiNazzjonalisti li fil-miftuħ-għamluha ċara li ma jaqblux lil-PN jibdel ismu.
Kienu ħafna dawk li fuq il-midjasoċjali irreaġixxew għall-aħbar li leks- minsitru Louis Galea issuġġerixxa li isem il-PN
jinbidel għal Partit Nazzjonali tal-Poplu filwaqt li jingħad li l-parti l-kbira tal-partitarji Nazzjonalisti għamluha ċara li ma jaqblux u iddeskrivew din il-proposta bħalawaħda kożmetika.
L-Orrizont jgħid li Fost dawk li kkummentaw dwar din il-proposta kien hemm l-eks-deputat Franco Debono li nsista kif din il-bidla mhix importanti jew essenzjali. Rapport ieħor fil-faċċata tal-Orizzont jitkellem dwar il-virus li feġġ fiċ-Ċina l-coronavirus. L-Orizzont jirrapporta li Dr Anthony Buttigieg, tabib li kien imexxi l-Partit Demokratiku, kifukoll Dr Frank Portelli wissew dwar tixrid minn passiġġieri lejn Malta minn pajjiżi milquta u jemmnu li aħjar jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni qabel ma jkun tard wisq. Ir-rapport jgħid ukoll li fil-kumment tiegħu fuq Facebook, Dr Anthony Buttigieg qal li lawtoritajiet lokali ħabbru li r-riskju li dan il-virus jinxtered f’Malta huwa minimu, iżda żied jgħid li minħabba li Malta sar pajjiż kożmopolitan b’numru kbir ta’ ħaddiema u studenti Ċiniżi f’Malta, ikun aħjar jekk inkunu kawti bħalma qegħdin ikunu pajjiżi oħra. Dan billi l-passiġġieri li jidħlu f’Malta, jiġu mistoqsija jekk riċentement kienux fiċ-Ċina.

The Malta Independent

Fil-Faċċata tal-ġurnal the Malta Independent insibu storja dwar id-deċiżjoni li l-Wild Birds Regulation Unit ġie magħqud mal-Ministeru ta’ Għawdex. L-Orizzont jgħid li l-Il-Birdlife ikkritikat bl-aħrax id-deċiżjoni tal-Prim Ministru li poġġa lir-regolatur tal-kaċċa taħt il-Ministeru għal Għawdex imexxi minn Clint Camilleri li huwa kaċċatur u nassab/ Ir-rapport tal-ġurnal jgħid li l-Prim Ministru ma ridx jurta lill-kaċċaturi u nassaba u jieħu d-dekasteru minn taħt idejn Camilleri. Ir-rapport jikkwota t-tħassib tal-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Mark Sultana li qal jittama li l-Prim Ministru Robert Abela jirrispondi għall-preokkupazzjonijiet ambjentali u jgħaddi r-responsabbiltà tal-kaċċa u l-insib lil Ministeru li jħaddan l-ambjent/ Storja oħra fil-ġurnal tirrapporta d-deċiżjoni tal-eks chief of staff Keith Schembri li l-bieraħ waqa’ libel kontra l-istess ġurnal dwar storja li kienet tgħid li 750,000 ġew trasferiti fil-kumpanija tiegħu fil-British Virgin Islands. Ir-rapport jgħid li fil-Qorti l-bieraħ ħareġ li s-Sur Schembri rtira dan il-libell erba t’ijiem wara li l-avukat tiegħu ħabbar ir-rinunzja f’Diċembru li għadda. L-istorja tal-ġurnal kienet ippubblikata fil-15 ta’ Settembru 2016.

In-Nazzjon

Fil-Faċċata tan-Nazzjon insibu ritratt tal-President ta’ Malta George Vella waqt iċ-ċerimonja simbolika l-bieraħ fil-Polonja li matulha kapijiet ta’ stati poġġew xemgħa b’tifikria tal-vittmi li ħallew ħajjithom fil-Kamp tal-Konċentrament ta’ Auschwitz u rapport li jitkellem dwar kliem il-President Vella fit-tifkira ta’ meta 75 sena l-kamp tal-konċentrament inħeles minn taħt in-Nazzisiti. Il-ġurnal jikkwota lil President Vella jgħid li wara dan is-snin kollha donnu ma tantx tgħallimna minn din l-esperjenza ta’ diqa għaliex għad hawn ċertu minoranzi li qed jiġu trattati ħażin f’ċerti partijiet tad-dinja. Dr.Vella appella ukoll lill-komunità internazzjonali tifhem is-sinifikat tal-ġrajjiet li tfakkru l-bieraħ billi niżguraw li mkien ma jseħħu dawn il-ħruxijiet. Storja oħra fil-ġurnal tgħid li l-Oppożizzjoni qed tkompli bil-ħidma biex l-isptarijiet jirritornaw għand il-poplu. In-nazzjon jgħid li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia l-bieraħ esprima tħassib f’seduta oħra fil-kż dwar it-talba tiegħu biex l-isptarijiet jirritornaw għand il-poplu. In-Nazzjon jikkwota lil Dr.Delia jgħid li minkejja x-xogħol kollu li qed jiġri u minkejja l-impressjoni li qed nippruvaw nuru li l-affarijiet qed jiġru b’mod differenti jidher li dak li kien il-Prim Ministru Joseph Muscat għad irid li jkollu kontroll fuq din il-biċċa xogħol/ In-Nazzjon jirrapporta wkoll li l-Qorti issa ordnat li r-rapport ta’ evalwazzjoni li wassal biex il-Gvern ibiegħ l-isptarijiet tal-poplu lill-privat jgħaddi għand l-Oppożizzjoni biex ikun analizzat.

The Times of Malta

Fil-Faċċata tal-ġurnal The Times of Malta insibu ritratt taċ-ċerimonja tal-bieraħ li fakkret il-75 sena minn meta t-truppi Sovjetiċi ħadu f’idejhom u ħelsu lil min kien għad fadal ħaj f’Auschwitz, fil-Polonja, simbolu tal-ħruxijiet li għaddew minnhom l-eluf li nżammu arrestati mill-Ġermanja Nażista f’kampijiet ta’ konċentrament/ Storja fil-faċċata tal-ġurnal tgħid li membru tal-bord tal-Electrogas mill-Ażerbajġan irriżenja mill-bord ftit wara li Yorgen Fenech eks membru tal-istess bord ġie mixli bil-qtil tas-sinjura Daphne Caruana Galizia f’Diċembru li għadda. Il-ġurnal jgħid li l-kap ta’ Socar Trading tal-LNG Turab Musayev irriżenja nhar il-ħdax ta’ Diċembru. Ir-rapport jgħid li ġurnata wara r-riżenja, l-middle man fil-qtil ta’ Caruana Galizia qal fil-Qorti li kien ra lil Musayev mas-Sur Fenech ftit wara li nqatlet is-sinjura Caruana Galizia. Storja oħra fil-ġurnal titkellem dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li poġġa lir-regolatur tal-kaċċa taħt il-Ministeru għal Għawdex imexxi minn Clint Camilleri li huwa kaċċatur u nassab. Ir-rapport jgħid li f’reazzjoni kritika l-Birdlife qalet li din hi mossa mxajtna u li saret għal raġunijiet elettorali. Ir-rapport jikkwota wkoll r-reazzjoni tal-Kap Eżekuttiv tal-Birdlife Mark Sultana.