Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnal tal-lum, l-Erbgħa 2′ ta’ Settembru 2020.

The Malta Independent

Fl-ewwel paġna il-ġurnal The Malta Independent jirrapporta li l-awtorità tal-Ippjanar rċeviet applikazzjoni għall-żvilupp ta’ lukanda ta’ 8 sulari u blokka ta’ appartamenti ġdida biswit il-bajja tax-Xlendi f’Għawdex. Rapport ieħor fl-ewwel paġna jikkwota lil Lara Dimitrijevic mill-koalizzjoni ta’ kontra traffikar uman u l-protsitutzzjoni tgħid li l-kwistjoni tal-prostituzzjoni ma tistax tissolva mingħajr diskussjoni dwar traffikar uman.

In-Nazzjon

Fl-ewwel paġna tal-ġurnal in-Nazzjon l-edukaturi u l-ġenituri jinsistu għall-pjan konkret għall-ftuħ tal-iskejjel. Ir-rapport jgħid li l-President tal-Union talGħalliema tenna li dawn il-ġimgħat li ġejjin huma kruċjali biex huma jfasslu l-pożizzjoni tal-MUT dwar l-iskejjel, li għandhom jiftħu fi tmiem dan ix-xahar. Rapport ieħor jgħid Fi stqarrija maħruġa millMinisteru tas-Saħħa ntqal li l-vittma kellu 89 sena, u tilef ħajtu wara li kien pożittiv bil-COVID-19. L-anzjan kien iddaħħal lIsptar Mater Dei fit-23 ta’ Awwissu minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa varji, fejn sarulu swabs għall-Covid-19 li rriżultaw fin-negattiv.Madankollu, l-anzjan xorta ingħata kura f’iżolament flIsptar Mater Dei minħabba li kien ġie f’kuntatt ma’ persuna pożittiva waqt li kien fil-komunità. Ir-raġel kien ġie lliċenzjat mill-Isptar Mater Dei t-Tnejn filgħodu, mingħajr lebda sintomi, u ntbagħat iddar. Il-qagħda tiegħu, iżda, iddeterjorat b’mod rapidu u reġa’ ddaħħal fl-Emerġenza, fejn ġie kkonfermat pożittiv għall-COVID-19. Huwa miet fl-Isptar Mater Dei.

MaltaToday

Il-ġurnal The Malta Today, b’rapport li jgħid il-Maġistrat Rachel Montebello ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech, akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Rapport ieħor fl-ewwel paġna jgħid li anzjan ta’ 89 sena huwa t-13 il-vittma tal-covid-19 f’Malta.

The Times of Malta

Rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Times of Malta jgħid li l-akbar sfida għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem dan ix-xahar se tkun l-ispazju fil-klassijiet bil-protokolli l-ġodda jħarsu lejn l-akbar ammont ta’ studenti li se jitħallew f’kull klassi. Storja oħra fl-ewwel paġna tgħid li Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia pprova jixtri l-cyanide minn fuq l-internet fi spazju magħruf bħala the dark web.

L-Orizzont

L-Orizzont fl-ewwel paġna b’rapport dwar skema li mart il-Prim Ministru u l-Avukata Dr Lydia Abela flimkien mal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħabbru skema, bl-isem ta’ Sens-Ability, bħala għajnuna għal dawk l-individwi fuq l-ispettru tal-awtiżmu. Bl-għotja massima ta’ €6,000 se jkun jista’ jiġi mixtri apparat biex dawk il-familji li għandhom it-tfal fil-firxa wiesa’ tal-awtiżmu, kif ukoll dawk l-adulti li jinsabu fil-firxa wiesa’ tal-awtiżmu jew li għandhom sensory processing issues, ikun jista’ jkollhom din sensory room ġewwa darhom. Rapport ieħor jgħid li Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għal darb’oħra ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest bil-Qorti tirrifjuta t-talba tiegħu wara jum ta’ deliberazzjoni.