Junior Eurovision

Żvelata d-dehra tal-palk tal-Junior Eurovision

Illum kienet żvelata d-dehra tal-palk li se jintuża waqt il-Junior Eurovision li se jsir f’Tbilisi, fil-Georgia, x-xahar id-dieħel.

Id-Direttur Kreattiv Gordon Bonello, li kien inkarigat mid-disinn tal-palk, qal lil tvm.com.mt li d-dehra tal-palk f’dan l-istadju hija impressjoni artistika, hekk kif il-palk għadu jrid jinbena.

Bonello spjega li t-tema tal-Eurovision din is-sena kienet ‘Sine Bright’, bl-emblema li tirrifletti din it-tema. Id-disinn tal-palk, fil-forma ta’ xemx, ukoll kien ispirat minn din it-tema.