Barranin
​Il-President tal-Afrika t’Isfel mitlub biex jirriżenja

Il-Partit li jmexxi l-Afrika t’isfel, l-ANC se jkun qed jitlob formalment lill-President Jacob Zuma biex iwarrab, wara li dan irrifjuta li jirriżenja. Dan seħħ wara taħdidiet twal li saru bejn l-uffiċjali għolja tal-partit li komplew sa tard bil-lejl.

Jekk Zuma li għandu 75 sena jibqa’ ma jirriżenjax minn jeddu, dan se jaffaċċja vot ta’ fiduċja fil-Parlament, li se jkun qed jitlef minħabba li l-partit tiegħu se jkun qed jivvota kontra.

Zuma ilu mexxej sa mill-2009 u jaffaċċja serje ta’ akkużi fuq korruzzjoni u li ilu minn Diċembru li għadda jirrifjuta li jirriżenja, meta Cyril Ramaphosa ħa postu bħala mexxej tal-Partit ANC.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-esperti jemmnu li hemm tama għall-fejqan mill-kanċer u mard ieħor marbut max-xjuħija. Mill-istudju li sar, jidher li l-klieb il-baħar għandhom iċ-ċavetta għall-fejqan mill-kanċer u mard ieħor. Ix-xjenzati, li studjaw il-klieb…

Barranin

Karl Lagerfeld, l-istilista ta’ fama dinjija miet fl-età ta’ 85 sena. Id-dinjatur tal-ħwejjeġ Ġermaniż kien imexxi l-kumpaniji tal-moda Chanel u Fendi u ta s-sehem tiegħu wkoll lill-kumpanija H&M. Lagerfeld kien…

Barranin

Fi Trentino ġew arrestati 7 persuni li huwa maħsub li huma l-moħħ wara l-attentati kontra l-istituzzjonijiet li ilhom isiru mill-2017. L-attentati jmorru lura għall-2017 b’tal-aħħar seħħet fit-13 ta’ Ottubru 2018…

Barranin

Il-ġenituri tal-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi jinsabu taħt arrest b’akkużi li kienu jħaddmu l-impjegati tagħhom illegalment. Tiziano Renzi u Laura Bovoli nkixfu mill-impjegati tagħhom stess li rrakkuntaw is-sitwazzjoni tax-xogħol…

Aktar