Droga
Jinqabad dieħel f’Malta b’bagalja mimilja ħaxixa

Passiġġier li kien għadu kemm wasal Malta fuq titjira minn Madrid inqabad fil-pussess ta’ 1.2 kilogrammi kannabis.

Huwa nqabad mill-uffiċjali tad-Dwana wara li ġiehom suspett fil-bagalja wara li għaddewha mill-magna tal-X-ray.

Il-passiġġier kien arrestat mill-Pulizija u mistenni jitressaq fil-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Din kienet it-tielet qabda ta’ droga mid-Dwana wara t-3 kilogrammi li wkoll ġew fuq titjira minn Spanja u l-113-il kilogramm khat li kienet ġejja minn Iżrael.