Lokali
10 persuni b’diżabilità se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew se jikkontestaw 10 persuni b’diżabilità, disgħa għall-kunsilli lokali u wieħed għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal dan huwa pass pożittiv u jixtieq li iktar persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja politika.

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-Parlament Ewropew fil-25 ta’ Mejju li ġej, se jikkontestaw għaxar kandidati b’diżabiltà li jemmnu li jistgħu jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Erba’ kandidati se joħorġu f’isem il-Partit Nazzjonalista, ħamsa oħra se jikkontestaw mal-Partit Laburista, u kandidat ieħor se joħroġ mal-Moviment Patrijotti Maltin.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna qal li dan awgura tajjeb ħafna għaliex jemmen li b’dan il-mod biss li tista’ tinbidel il-mentalità fis-settur tad-diżablità, u fis-soċjetà inġenerali. Qal li fil-preżent hemm 19,000 persuna b’diżabilità f’Malta u Għawdex rreġistrati mal-Kummissjoni u li għalhekk hemm bżonn li jkun hemm min jirrapreżentahom f’livell politiku.

Oliver Scicluna qal “nemmen li kemm fuq livell ta’ kunsilli, Ewropew u anki tal-Parlament kieku jkollna iżjed persuni b’diżabilità, il-policies u l-liġijiet jirriflettu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità għax ikunu ġejjin minn dak li ngħaddu minnu ta’ kuljum”.

Matthew Chetcuti ta’ 28 sena ma ħalliex id-diżabiltà tiegħu tkun barriera meta ddeċieda li jikkontesta l-elezzjoni għall-ewwel darba.

Matthew Chetcuti qal “persuna b’diżabilità hija persuna normali, jista’ jkollha bżonnijiet differenti, imma l-abbiltajiet jew l-affarijiet li jagħmlu l-affarijiet fil-politika tajba, huma l-istess bħal kull kandidat ieħor li m’għandux diżabilità”.

Marica Bayliss għaddiet minn din l-esperjenza u diġà ilha 15-il sena sservi fil-kunsill.

Marica Bayliss qalet “ħadt gost ħafna li nies bi bżonnijiet speċjali, anki dawk tas-siġġu tar-roti, qabel ma kinitx tgħaddilek minn rasek, jiena diġà kont fih l-oġġett meta qatgħuli saqajja.”

Waqt laqgħa mal-kandidati, is-sur Scicluna qal li qed jipproponi li jitwaqqaf fond apposta biex kandidati b’diżabilità jkunu jistgħu jiġu mgħejjuna biex jikkontestaw fl-elezzjonijiet biex itaffu l-iżvantaġġi kbar li jista’ jkollhom minħabba d-diżabilità tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qasam xi ritratti fuq il-midja soċjali biex jirringrazzjja lil dawk kollha li ħadmu qatigħ f’dawn l-aħħar tliet ijiem, hekk kif saret l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali 2019….

Elezzjoni

Mistoqsi dwar ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li anke fil-perjodu li l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern, matul dawk il-25 sena, beda jnaqqas fil-voti. Spjega…

Aktar