Kronaka
AĠĠORNAT: Żewġ tfajliet iweġġgħu gravi f’ħabta bejn 4 karozzi f’Pembroke

Għaxar persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Andrija f’Pembroke, kif taqbeż l-iskola nazzjonali tal-isport, direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 ta’ dalgħodu, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn erba’ karozzi; Volkswagen Passat misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mill-Isla, Fiat 500 misjuqa minn mara ta’ 21 sena mis-Swieqi, Toyota Yaris misjuqa minn raġel Taljan ta’ 33 sena minn Raħal Ġdid, u Nissan Micra misjuqa minn mara ta’ 23 sena.

Il-mara li kienet qed issuq il-Fiat, kif ukoll tfajla Taljana ta’ 16-il sena minn San Ġwann li kienet riekba fin-Nissan, indarbu gravi.

Ħamsa oħra, tliet irġiel, wieħed ta’ 42 sena mill-Isla, Taljan ta’ 33 sena li jgħix Raħal Ġdid u Taljan ieħor ta’ 16-il sena li jgħix Birkirkara flimkien ma’ żewġ tfajliet waħda ta’ 23 sena u l-oħra Taljana ta’ 17-il sena li tgħix Ħal Għargħur, ġarrbu ġrieħi ħfief.

Tliet persuni oħra, Taljan ta’ 19-il sena li jgħix il-Mosta, ġuvni ta’ 16-il sena u tfajla ta’ 17-il sena li tgħix Bugibba ma sofrewx ġrieħi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Ambjent

Il-Ministru tal-Ambjent, Jose Herrera, ħabbar ristrutturar fl-aġenzija Ambjent Malta. Dr Herrera qal li din se tersaq aktar lejn iċ-ċentru tal-politika tal-pajjiż, iżda ma kkonfermax li se tinbidel f’awtorità. Żied jgħid…

Kronaka

Ħaddiem weġġa’ serjament f’San Ġwann meta waqa’ fuqu numru ta’ ħadid. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 ġo fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann. Ir-raġel huwa Libjan ta’ 26 sena, residenti…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ 56 immigrant iddaħħlu f’Malta llum waranofsinhar abbord patrol boat tal-Forzi Armati. L-immigranti, li ġew salvati mill-Mediterran, iddaħħlu f’Xatt it-Tiben u ngħataw f’idejn il-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li…

Aktar