Qorti
10 snin ħabs għaż-żagħżugħ li abbuża u stupra lil kuġintu

Żagħżugħ ta’ 25 sena intbagħat ghaxar snin ħabs talli nstab ħati b’abbuż sesswali u stupru ta’ kuġintu minorenni.

L-abbuż kien ilu sejjer mindu t-tifla kellha seba snin – illum għandha 16-il sena L-abbuż dam sejjer sakemm it-tifla kellha erbatax-il sena u ndunat x’inhu jagħmel kuġinuha wara li attendiet għal-lezzjonijiet tal-iżvilupp personali u fiżiku fl-iskola. Il-qorti preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ordnat divjet fuq l-ismijiet tal-akkużat u tal-vittma. Il-prosekuzzjoni qalet li l-abbuż seħħ fil-Marsa għand in-nanna taż-żewġ kuġini, waqt li omm il-vittma kienet tħalli lil bintha man-nanna meta tkun xogħol.

Fix-xhieda tagħha, it-tfajla, permezz ta’ video conference kienet xehdet li l-avvenimenti li seħħew ħallew impatt negattiv. Meta l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera staqsietha għaliex stenniet seba’ snin qabel tkellmet, it-tfajla qalet li ma kellhiex kuraġġ u kienet tibża’ li titkisser il-familja. Hija qalet li tkellmet l-ewwel darba wara li nkoraġġiha l-eks sieħeb tagħha u għamlet appuntament mal-guidance teacher.

Mistoqsija mill-Imħallef, dwar x’tifhem b’abbuż, it-tfajla kienet wieġbet li tkun sfurzata tagħmel xi ħaġa kontra r-rieda tagħha kif kienet imġiegħla tagħmel minn kuġinha minn darba sa darbtejn fix-xahar. It-tfajla ddeskriviet ukoll meta kuġinha stupraha fil-kamra tal-ħasil meta kellha 10 snin u kuġinha kellu 17-il sena. Qalet li wara dik id-darba, kuġinha pprova jerġa’ jkollu x’jaqsam magħha darb’oħra iżda hi ma ħallitux. Mistoqsija dwar relazzjonijiet ma’ boyfriends tagħha, hija wieġbet li m’għamlet xejn mill-affarijiet li esperjenzat ma’ kuġinuha.

Fit-tieni jum tal-ġuri xehdet ukoll omm it-tfajla. L-omm iddeskriviet lil bintha bħala tifla kwieta, riżervata u li ma kinetx taqla’ nkwiet. Qalet li qatt ma nnutat xejn, li bintha qatt ma qaltilha bl-abbuż u li dak kollu li taf, saret tafu mingħand il-pulizija.

Ara wkoll:

Żagħżugħ akkużat li kien ilu seba’ snin jabbuża lil kuġintu

Titkellem fil-qorti t-tfajla li ġiet stuprata minn kuġinuha

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar