Edukazzjoni
10 studenti b’filmat kontra l-bullying

L-istudenti tal-iskola tal-Malta Visual and Performing Arts użaw it-talent tagħhom biex inħadem filmat iddrammatizzat li jqajjem kuxjenza kontra l-bullying. Il-proġett li nħadem minn SOS Malta b’fondi Ewropej se jintuża bħala għodod edukattiva fil-lezzjonijiet tal-PSCD.

Għaxar studenti tad-drama tal-iskola Malta Visual and Performing Arts użaw it-tagħlim u t-talenti tagħhom biex ħadmu video li se jintuża biex jikber l-għarfien kontra l-bullying. Corrine Cilia, il-kap tal-iskola qalet li l-istorja fuq kitba ta’ Giovann Attard, hija dwar tifel li kontinwament isofri minn tgħajjir u theddid minn sħabu, esperjenza li hija reali għal xi studenti fl-iskejjel anki wkoll bil-fenomenu ta’ cyber bullying fuq l-internet.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SOS Malta, Claudia Taylor East qalet li l-proġett fassal linji gwida ta’ kif l-iskejjel għandhom jaffaċċjaw il-bullying flimkien mat-tfal u l-ġenituri.

Claudia Taylor East qal li “huwa ħaġa li rridu nagħrfu li għandhom problema t-tfal fl-iskejjel, imma anki l-ġenituri li jifhmu lit-tfal, u jaraw li jkunu kuntenti biex il-futur tagħhom ikun sikur”

Marianna Micallef Grimaud mis-servizz ta’ kontra l-bullying tad-dipartiment tal-edukazzjoni qalet li l-video se jintwera fil-lezzjonijiet tal-PSCD li fihom l-istudenti jitgħalmu fost oħrajn kif għandhom jaffaċċjaw b’sitwazjzoni ta’ bullying u biex huma stess ma jkunux il-kaġun ta’ dawn is-sitwazzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar