Lokali
10 suldati Maltin fil-Libanu jinsabu qawwijin u sħaħ

Il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri qal li 10 suldati Maltin li jinsabu stazzjonati l-Libanu jinsabu tajbin.

Dan qalu lbieraħ il-Ministru wara l-isplużjoni li seħħet f’Beirut li ħalliet mijiet midruba u għexieren mejta.

Il-Ministru Camilleri qal li jinsab maħsud b’dak li seħħ ilbieraħ u ħsibijietu jinsab mal-poplu tal-Libanu f’dan il-mument diffiċli.

Bħal ħafna mnikket u maħsud b’dak li seħħ illum f’Beirut. Il-Forzi Armati ta’ Malta Armed Forces of Malta (AFM)…

Gepostet von Byron Camilleri am Dienstag, 4. August 2020

Il-Libanu jinsab f’luttu wara li lbieraħ spużjoni kbira heżżet il-belt kapitali Beirut u qatlet tmienja u sebgħin ruħ filwaqt li erbat elef sfaw midruba.

L-isplużjoni bdiet minn nirien li ħakmu fil-port. Il-President tal-Libanu Michael Aoun qal li 2,750 tunellata ta’ ammonju kien maħżun ħażin ġo maħżen għal sitt snin. Huwa sejjaħ laqgħa urġenti tal-kabinett u ddikijara stat ta’ emerġenza għal ħmistax.

Mil-lum il-pajjiż beda josserva tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali b’turija ta’ rispett lejn il-vittmi. Il-President Aoun ħabbar li l-Gvern se jkun qed joħroġ ‘il fuq minn sitta u sittin miljun dollaru bħala fondi ta’ emerġenza b’dik li sejjaħ bħala katastrofi, b’vittmi mixruda ma’ kullimkien u nies midruba. Il-ħaddiema tas-salvataġġ għadhom għaddejjin bil-ħidma biex isibu iktar kadavri u forsi nies ħajjin, bl-għadd ta’ vittmi mistenni li jitla’.

Ara wkoll:

ARA: Splużjoni kbira fil-Libanu – mijiet maqbuda fit-tifrik ta’ darhom

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar