Kronaka
10 turisti jinżlu jiffriskaw ruħhom fil-funtana tat-Tritoni

Ilbieraħ waranofsinhar fil-qilla tax-xemx, 10 turisti Pollakki ma felħux aktar għas-sħana tant li niżlu jiffriskaw ruħhom fil-funtana ta’ Tritoni.

TVM ikkonferma mal-Pulizija li t-turisti ġew mitkellma mill-Pulizija li tawhom twissija.

Il-Pulizija kienu fuq il-post fil-ħin fejn, mill-istħarriġ li għamlu, sabu li ma saret l-ebda ħsara u li t-turisti ma kienux fis-sakra.

Dwar dan il-każ saru l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar