Lokali
100 bidwi se jingħataw l-għajnuna wara l-grigalata li ħakmet il-Malta s-sena li għaddiet

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal bdiewa u r-raħħala biex jibbenefikaw minn fond Ewropew.

Waqt li l-bdiewa qed jilmentaw li ħafna prodotti qed jibqgħu ma’ wiċċhom, il-konsumaturi xorta spiċċaw iħallsu biz-zalza għal prodotti tal-biedja. Il-Ministru tal-Agrikoltura, Anton Refalo waqt li deher konxju ta’ din is-sitwazzjoni, sostna li l-Gvern ma jistax jintervjeni biex jiffissa l-prezzijiet.

“Tistenniehom dawn l-affarijiet, meta inti għandek din il-kriżi u li tistenna li jkun hemm dan il-ftit ta’ problemi, jiena nemmen li s-suq għandu jirregolizza lilu nnifsu u mhux nagħmlu aħna l-Gvern regolamentazzjoni jew niffissaw xi prezzijiet.”

Dr Refalo stqarr li l-għeluq tas-suq tal-bdiewa minħabba l-coronavirus għamlet is-sitwazzjoni agħar u għalhekk il-Gvern qed jagħti liċenzja temporanja lil bdiewa biex ibigħu l-prodotti tagħhom fit-triq jekk jissodisfaw numri ta’ kundizzjonijiet.

F’konferenza tal-aħbarijiet fl-Uffiċċini tal-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali l-Ministru Refalo ħabbar li l-Aġenzija se tilqa’ applikazzjonijiet minn bdiewa biex jibbenefikaw mill-Fond Ewropew għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Qal li mas-sitt t’elef u erba’ mitt bidwi se jirċievu l-applikazzjoni fir-residenza tagħhom u li din trid tinbagħat lura bil-posta jew b’imejl sas-17 t’April.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li b’ko-finanzjament Ewropew Malta qed talloka 129 miljun għal proġetti ambjentali.

Fl-istess okkażjoni l-Ministru Refalo qal li l-Gvern ftehim ma’ mitt bidwi li ser jingħataw l-għajnuna biex ikopri parti mill-ispejjeż li sofrew fil-grigalata li ħakmet il-Gżejjer Maltin fi Frar tas-sena li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Dawn huma l-istejjer ewlenin fl-ewwel paġni tal-ġurnali illum it-Tlieta, 7 ta’ Lulju 2020. Times of Malta Il-membri parlamentari nazzjonalisti huma mistennija li jiddiskutu t-tmexxija fi ħdan il-partit waqt laqgħa tal-grupp…

Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Aktar