Kultura
100 sena mit-twelid tal-pijunier fid-disinji tal-bolol Maltin

Il-bolol għandhom funzjoni ordinarja li jekk ma tkunx filatelist jew kollezzjonist tagħhom, x’aktarx li rari tagħti kashom. Madankollu, id-disinji tal-bolli li kien jagħmel Emvin Cremona bejn is-snin ħamsin u sebgħin huma kkunsidrati bħala opri artistiċi.

Il-MUŻA se tfakkar il-mitt sena mit-twelid tal-pijunier fid-disinji tal-bolol Maltin, b’taħdita pubblika.

Malta għandha patrimonju artistiku mprezzabli li wħud minnu sar fis-seklu 20 u hu xogħol Emvin Cremona, meqjus wieħed mill-aqwa artisti Maltin ghaliex fi kliem l-kuratriċi tal-MUŻA, Katya Micallef, ħalla impatt sinifikanti fuq l-istorja tal-arti f’Malta.

“Emvin Cremona minn kull aspett kien artist kbir meta kien student imfaħħar mill-għalliema tiegħu, fosthom Edward Caruana Dingli, meta studja barra kien esebixxa Ruma u anke postijiet Londra, meta ġie lura Malta ħajruh biex jibda jagħmel ix-xogħlijiet fil-Knisja,” qalet Micallef.

Minbarra li x-xogħlijiet tiegħu jinsabu f’diversi Knejjes fosthom l-Imsida, il-Ħamrun u fis-Santwarju Ta’ Pinu, Emvin Cremona jibqa’ magħruf għad-disinji tal-bolol ta’ Malta bejn l-1957 u l-bidu tas-snin sebgħin.

Bintu, Anna Cremona, qalet li x-xogħol innovattiv fuq il-bolol tant kien apprezzat internazzjonalment li darba minnhom kellu offerta attraenti biex imur jaħdem ir-Renju Unit. “Il-papà riduh li jagħmel il-bolol tal-Ingilterra, fis-sens ikun id-designer ta’ kumpanija kbira, u xogħlu jkun jagħmel u jiddisinja l-bolol biss.”

“Il-bolli tiegħu poġġew lil Malta fuq il-mappa internazzjonali tal-filatelija,” qalet Sylvana Pace, bint oħra ta’ Cremona.

Ix-xogħlijiet ta’ Emvin Cremona jinsabu esebiti wkoll fil-kwartieri tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York u fil-kwartieri tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f’Ġinevra.

“Ħalla ħafna warajh il-papà u jien kburija li t-tifla tiegħu,” qalet Sylvana Pace.

Nhar l-Erbgħa li ġej Heritage Malta se tiċċelebra l-mitt sena mit-twelid ta’ dan l-artist b’taħdita fil-MUŻA li matulha qraba u artisti oħrajn se ifakkar il-memorji tiegħu fosthom dwar il-ħajja privata li wħud minnhom mhumiex daqstant magħrufa.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar