Knisja Maltija
100 soru Agostinjana jiċċelebraw il-125 sena f’Malta

L-iżgħar soru għandha 26 sena u l-ikbar waħda 95 sena, u għada l-Ħadd dawn għandhom ħolma li jlaqqgħu l-ġenerazzjonijiet ta’ studenti preżenti u passati u l-familji tagħhom. Il-kongregazzjoni Agostinjana qed torganizza festa fl-iskola Santa Monika f’B’Kara, biex tiċċelebra il-125 sena minn mindu l-kongregazzjoni ġiet f’Malta.

Is-sorijiet Agostinjani sibnihom għaddejjin bi ħġarhom bi tħejjijiet għal attività li lkoll daħlu għaliha b’ruħhom u ġisimhom. Żorna l-komunità tagħhom fl-iskola Santa Monika f’Birkirkara fejn is-sorijiet qed jippreparaw għall-ħolma tagħhom li jlaqqgħu ħafna nies li b’xi mod kellhom x’jaqsmu mal-iskejjel ta’ Santa Monika f’Malta.

Swor Celsina qalet “dħalt fil-55 kelli 17..it-tfal inħobbhom ħafna.”

Swor Atanasia qalet “għandi kważi 80, kont superjura ġenerali ta’ kullimkien.”

Min jattendi minbarra li jista’ jduq l-ikel bnin mill-kċina tagħhom, se jieħu doża pożittiva ta’ dawn is-sorijiet.

Swor Marica qalet “f’dan iż-żmien komplejna l-kariżma ta’ Tereza Spinelli, bis-sisters fetħu l-ewwel skola f’Ħal Qormi.”

Swor Claudia qalet ”ili fil-ħajja reliġjuża 12 -il sena, mat-tfal u żgħażagħ.”

Swor Rachel qalet li din hija “ħajja ta’ sodisfazzjon ferħ u mħabba.”

Qabel ħallewna Swor Rachel flimkien mas-sorijiet bdew ikantaw bil-ferħ bi tħejjija għall-quddiesa speċjali tal-Ħadd fl-iskola tagħhom li ser tkun ikkoċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tat donazzjoni ta’ €13,000 lill-Ministeru għas-Saħħa għall-ħidma u dedikazzjoni kollha li saret biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minstru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li se tibda tingħata b’xejn mediċina oħra lill-pazjenti bil-kanċer tas-sider. L-għoti b’xejn ta’ din il-mediċina msejħa Fulvestrant propju tħabbar fil-ġimgħa Ewropea kontra…

Qorti

Raġel ta’ 35 sena nstab ħati li kkaġuna ksur lil mara, li żammha kontra l-volontà tagħha u li heddidha. Destiny Ogbiede ġie kkundannat sena priġunerija effettiva, b’garanzija taħt l-artikolu 412C għall-perjodu…

Aktar