Teknoloġija
1,000 delegat f’Malta għal konferenza dwar l-arti diġitali u l-gaming

Madwar elf delegat minn madwar id-dinja bdew jiltaqgħu f’Malta f’konferenza internazzjonali fil-qasam tal-arti diġitali u l-gaming. Għal dan l-avveniment imsejjaħ ‘Trojan Horse Was a Unicorn’ hawn rappreżentanti ta’ wħud mill-akbar kumpaniji fid-dinja dawk li joperaw fl-oqsma tal-gaming, il-films u l-marketing.

Il-konferenza ‘Trojan Horse Was a Unicorn’ qed iġġib flimkien uħud mill-aktar kumpaniji u persuni influwenti fl-industrija tal-gaming u l-arti diġitali bħal Disney, Netflix u l-Lego fost oħrajn.

Kelliem għal kumpanija Amerikana tad-divertiment fuq l-internet Netflix li għandha 130 mijun abbonat f’190 pajjiż, spjega l-importanza ta’ din il-konferenza għal din l-industrija daqstant dinamika.

Tomasz Opasinski, kelliem għal Netflix qal “we are recruiting for our studios, there are so many amazing artists here that it is hard to miss, this is the place to be,. You gather people whoa re eager, curious, these are people who want to be here for a reason and sometimes they prepare for a year just to be here.”

Il-fundatur ta’ dan l-avveniment, Andre Luis, qal li l-attendenza għall-konferenza din is-sena hija l-akbar waħda mindu bdiet issir ħames snin ilu.

Andre Luis, Fundatur ta’ ‘Trojan Horse was a unicorn’ qal “we have almost 1,000 people here more than 1,000 from 79 countries, it is our biggest number so far since we started THU, today we will end recruitment and tomorrow we will start the lectures and inspirational talks.”

L-artisti li ġew Malta għal konferenza mir-Russja, ir-Renju, l-Olanda u t-Turkija, fost oħrajn qalu li l-konferenza hija waħda mill-ikbar tat-tip tagħha fl-Ewropa.

Minbarra din is-sena, il-konferenza se tkun qiegħda tittella’ f’Malta wkoll fis-sentejn li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar