Xogħol
1,000 post tax-xogħol ġdid fis-servizzi finanzjarji

Is-sena li għaddiet, is-settur tas-servizzi finanzjarji ħoloq elf post tax-xogħol ġdid . . . biex b’hekk qalgħu l-għajxien tagħhom mis-settur aktar minn 12,000 persuna.

Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji li minnu jirriżulta wkoll li fl-2018, 144 kumpanija ġdida tas-servizzi finanzjarji investew f’Malta.

Mir-rapport joħroġ li s-sena li għaddiet is-settur tas-servizzi finanzjarji kiber b’9.5%.

Rapport ippubblikat mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji juri li s-sena li għaddiet, is-settur tas-servizzi finanzjarji ħaddem iktar minn 12,000 persuna . . . b’elf post tax-xogħol ġdid inħoloq fl-aħħar sena. Dan ifisser li s-settur jipprovdi 5.3% tal-impjiegi f’Malta . . . kważi d-doppju tal-medja tal-impjiegi fis-settur fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Fir-rapport intqal li s-settur kellu rata ta’ tkabbir ta’ 9.5% fuq is-sena ta’ qabel. Intqal li minkejja l-ambjent kompettitiv tal-industrija, 144 kumpanija ġdida fetħu l-bibien tagħhom f’Malta biex issa hawn 2,300 kumpanija tas-servizzi finanzjarji.

Ir-rapport jitkellem ukoll fuq l-azzjonijiet li ttieħdu mill-MFSA kontra l-Bank Pilatus u s-Satabank minħabba nuqqasijiet fl-operat tagħhom. Intqal li l-Awtorità ffirmat ftehim fil-prinċipju Financial Intelligence Analysis Unit biex issaħħaħ il-kollaborazzjoni fl-ispezzjonijiet li jsiru fil-kumpaniji liċenzjati. Mir-rapport joħroġ li s-sena l-oħra, l-Awtorità investigat 63 każ ta’ ksur ta’ liġijiet u ngħataw 7 twissijiet.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, Joseph Cuschieri spjega li s-sena li għaddiet, l-Awtorità ffukat fuq erba’ oqsma fosthom riforma fl-istruttura tagħha biex issaħħaħ il-governanza, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, investiment f’teknoloġija innovattiva u tisħiħ tar-riżorsi umani. Is-Sur Cuschieri qal li l-Awtorità se tkompli ssaħħaħ l-impenn superviżorju tagħha bl-għan li tkun issalvagwardjata r-reputazzjoni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni ta’ kwalità għas-servizzi finanzjarji.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Saħħa

Aktar minn 40 siegħa f’ġimgħa fil-post tax-xogħol u ammont kbir ta’ xogħol huma fost il-fatturi ewlenin li waslu biex żewġ terzi tal-ħaddiema li ħadu sehem fi stħarriġ lokali qalu li…

Ippjanar u bini

Erba’ għaqdiet mhux governattivi b’interessi ambjentali laqgħu regolamenti aktar stretti fir-riforma proposta tal-politika rurali. L-Assoċjazzjoni tar-Ramblers; Flimkien għal Ambjent Aħjar; Friends of the Earth; u Moviment Graffitti nnotaw b’sodisfazzjon li…

Aktar