Lokali
1,000 spezzjoni f’sena fuq rapporti ta’ moħqrija t’annimali

Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qed ikollu medja ta’ ħamest’elef talba għal għajnuna fis-sena, barra li jagħmel aktar minn 1,000 spezzjoni fosthom fuq rapporti li dwar moħqrija ta’ annimali. L-istess direttorat ħadem biex aktar nies jaddottaw kelb jew qattus tant li kwazi nofs l-annimali li nġabru nstabitilhom dar li tilqgħahom. Dan it-tagħrif ingħata waqt attivitajiet għall-familja fl-Għammieri biex titfakkar il-ġurnata ghall-ħarsien tal-annimali.

Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali jieħu ħsieb l-klieb u l-qtates li jinġabru mit-toroq, saħansitra jagħtihom it-trattamenti medici li jkunu jeħtieġu. Wara li l-annimali jitfejqu, jittieħdu l-Għammieri biex ikomplu jitrabbew b’imħabba u possibilment tinstabilhom dar li tilqagħhom.

Id-Direttur tad-Direttorat, Noel Montebello, qal li l-proċess biex wieħed jaddotta kelb jew qattus mhux diffiċli u spjega lis-servizz jingħata kollu b’xejn. Appella biex min jaddotta, iħobb tassew lill-annimali.

Noel Montebello qal li “jekk se taddotta annimali dan tagħmlu għax għandek imħabba lejn l-annimali. Fil-fatt għandna proċedura li mhix sempliċiment kemm tiġi hawn u taddottah, iżda kull kelb jew qattus li jiġi addottat isir due dilengence biex naraw li għandu post addattat u qed jgħix fi kwalitajiet li jixirqulu”.

Fil-ġurnata ddedikata għall-ħarsien tal-annimali, id-direttorat organizza attivitajiet għall-familja fl-Għammieri biex aktar nies jitgħallmu dwar kif għandhom jitrattaw l-annimali, anke jekk dawn ikollhom atteġġjament diffiċli bħal aggressjoni minħabba li jista’ jkun hemm diversi fatturi li qed jaffettwaw l-annimali.

Robert Spiteri, dog behaviorist qal li “l-esperjenzi li għadda minnhom, is-sid kif qed irabbih u l-età tal-kelb jaffettwaw. Hemm ħafna affarijiet esterni li jaffettwaw il-behaviour apparti dawk interni, ir-razza tal-kelb u l-breeding line. Kull kelb huwa individwu u rrid narah fl-isfera tiegħu”.

Is-Segretarju Parlamentari, Clint Camilleri, qal li l-Gvern hu impenjat biex iżid il-ħidma favur il-ħarsien tal-annimali u wera apprezzament għall-ħidma tad-direttorat u tal-għaqdiet volontarji f’dan il-qasam.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa, l-Uffiċċju Żwigijiet ser ikun miftuħ bejn it-3pm u s-6pm. Fi stqarrija, l-Kurja qalet li l-Uffiċċju Żwiġijiet jiftaħ…

Lokali

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret sensiela ta’ proġetti infrastrutturali ta’ aktar minn mitt miljun ewro li ser iżidu l-kwalità tal ilma, inaqqsu l-emissjonijiet, itejbu l-effiċjenza u jipproteġu l-ilma tal-pjan. Il-Kap Eżekuttiv…

Lokali

Christopher Bartolo li qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs waqt li qed jirċievi kura intensiva minħabba kundizzjoni fil-kliewi, se jkollu jibqa’ jistenna biex il-Qorti tiddeċiedi jekk għandux jitħalla joħroġ…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia ppreżenta kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, l-Awtorità tal-Artijiet, il-Malta Industrial Parks u l-Vitals Global Healthcare biex il-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH…

Aktar