COVID-19
102 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 89 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 102 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, minn 3,221 swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 89 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 6,654 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 8,924 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,159 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet irrappurtati lbieraħ, 31 huma membri tal-familja ta’ każijiet pożittivi, 14 huma kollegi ta’ persuni pożittivi u 8 kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi.