COVID-19
103 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta – imfejqa 123 oħra

Fl-aħħar 24 siegħa, ħarġu 103 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta minn 3189 swab test, b’123 oħra jfiqu mill-virus.

Dan ikkonfermah il-Ministeru għas-Saħħa fejn qal li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati iżda minn tal-bieraħ hemm 14-il persuna li ħarġu pożittivi minn membri tal-istess familja, 8 oħra minn fuq il-post tax-xogħol u 3 oħra minn kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi għall-virus u 2 każijiet impurtati minn barra.