COVID-19
1,058 ruħ immultati f’ġimgħa bi ksur tar-regoli tal-Covid-19
Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet ħarġu 1,058 multa wara li diversi nies nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija tal-COVID-19.

Fost dawk immultati kien hemm 799 persuna li ma kinux lebsin il-maskra u 160 fi gruppi ta’ iktar minn erba’ persuni.

Kien hemm każ ta’ ksur tar-regoli ta’ avvenimenti tal-massa u 83 persuna li kienu qed jiksru r-regoli ta’ kemm jistgħu jinġabru persuni f’residenza privata .

Barra minn hekk, 8 stabbilimenti weħlu multa għax kisru l-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li 7 persuni kisru r-regoli ta’ kwarantina.